Futsal
Futsal: L-Assoċjazzjoni Maltija mhux se tabbanduna l-kampjonat

Wara li l-awtoritajiet tas-saħħa baqgħu ma kkommettewx data għar-ritorn tal-attività sportiva, u anke fid-dawl tal-istqarrija għall-istampa mill-Malta Football Association ilbierah filgħaxija, il-Futsal Malta Association ikkjarifikat il-pożizzjoni tagħha li fl-ambitu tal-parametri diskussi mal-MFA, u bl-appoġġ tal-klabbs, se tibqa’ tippersisti li ma tabbandunax il-kampjonat f’dan l-istadju, b’tama li l jingħalqu b’mod deċenti.

Għal dan il-għan, l-FMA preparat pjan kawt għas-‘safe return to play’ li jinkludi verżjoni ridotta tal-kampjonat u miżuri addizzjonali għall-COVID 19 bi protokoll diġà maqbul mad-dipartiment tas-saħħa fil-bidu tal-kampjonat.

Miktub minn...
TVM Sport