Futsal
Futsal: L-Assoċjazzjoni Maltija u MB Consult jiffirmaw ftehim ta’ aktar kollaborazzjoni bejn iż-żewġ partijiet

L-Assoċjazzjoni Maltija u MB Consult iffirmaw ftehim ta’ aktar kollaborazzjoni bejn iż-żewġ partijiet.

MB Consult hija intrapriża ta’ konsulenza għall-edukazzjoni u t-taħriġ.

Il-kollaborazzjoni tenfasizza attivitajiet wiesa li jistgħu jappoġġjaw liż-żewġ naħat fil-logħba tal-futsal, l-edukazzjoni u t-taħriġ.

Dan il-ftehim se jibda t-triq għall-aktar proġetti minn fondi tal-Unjoni Ewropea għall-istrateġiji ta’ partnership u akkademji professjonali.

Il-ftehim ġie ffirmat Bejn Matthew Borg u Martin Borg f’isem MB Consult u Mark Borg u Claudio Cassar f’isem l-Assoċjazzjoni Maltija tal-futsal.

Miktub minn...
TVM Sport