Futsal
Futsal: L-Erbgħa Luxol jilagħbu kontra ċ-Champions tal-Ungerija Haladas diretta fit-20:00 fuq tvm.com.mt/sport

UEFA Futsal Champions League Main Round: Għada ċ-Champions tal-Futsal lokali Luxol jibdew l-impenji tagħhom fi Grupp 5 bi tliet logħbiet f’pajjiżna.
Il-logħbiet kollha se jkunu qed jintlagħbu fil-University Sports Hall f’Tal-Qroqq iżda se jkunu bil-bibien magħluqa għall-pubbliku.

Għada fil-5pm il-Polakki ta’ Record Bielsko-Biala jilagħbu kontra Hammarby tal-Iżvezja.
Wara fit-8pm Luxol jaffrontaw liċ-Champions tal-Ungerija Haladas. Il-logħbiet kollha ta’ dan il-Grupp se jkun qed jintwerew fuq tvm.com.mt/sport.

Il-Ħamis Luxol jilagħbu kontra Hammarby u s-Sibt l-aħħar logħba li tista’ tkun deċiżiva kontra l-Polakki ta’ Record Bielsko-Biala.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.