Futsal
Futsal: L-Universitarji jagħtu l-ewwel telfa staġjonali lill-Beltin

Wara t-tmiem tal-ewwel rawnd u l-waqfa għall-festi tal-Milied, din il-ġimgħa ssokta l-istaġun tal-futsal lokali, bil-logħbiet tal-kwarti tal-finali tan-Knock Out. Spikkat fost l-oħrajn it-telfa mhux mistennija għall-Beltin, wara li temmew l-ewwel rawnd tal-kampjonat bla telfa.ir-rebħa ta’ 4-2 li t-tim tal-Università ta’ Malta kiseb fuq Valletta.

Nermin Hasanbegovic u Shawn Deguara poġġew lill-Universitarji fil-vantaġġ, filwaqt li Mohammed Lamari skurja ż-żewġ gowls għal Valletta. Għaldaqstant l-Universitarji reġgħu kisbu l-vantaġġ, permezz ta’ Gary Inguanez. Fl-aħħar minuta, meta l-Beltin tefgħu kollox fuq l-attakk b’Murtaz Kakabadze bħala flying keeper, il-gowlkiper Universitarju Dylan Cacciatolo ra l-lasti avversarji vojta u skurja minn naħa għall-oħra. B’hekk bl-iskor finali ta’ 4-2, it-tim tal-Università għamilha għas-semifinali.

Luxol ukoll, bla tbatija, għamluha għas-semifinali meta għelbu lil Marsaskala bl-iskor ta’ 11-1. Swieqi United kellhom ukoll wirja ferm tajba u għamluha għas-semifinali, meta għelbu lil Pietà Nordiska bl-iskor ta’ 5-1. Il-Ħamruniżi wkoll aċċertaw posthom fis-semifinali meta għelbu lil Tarxien JMI bl-iskor ta’ 5-2.

Intant il-ġimgħa d-dieħla jibda l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, b’dawn il-logħbiet:

It-Tnejn 15/1/18

Fit-8:00pm L-Università ta’ Malta vs Swieqi United U21

Fid-9:15 pm Pietà Nordiska vs Marsaskala

Il-Ħamis 18/1/18

Fit-8:00pm Tarxien JMI vs Qormi

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futsal

Goals u riżultati mill-aħħar ġurnata tal-kampjonat Malta FA Futsal League 2018/19.

Aktar