Futsal
Futsal: Luxol jibqgħu mhux megħluba

Luxol jagħmluhom għal 21 rebħa konsekuttiva, hekk kif fl-unika logħba li kellna mill-Kampjonat tal-Elite, reġgħu rebħu lit-tim tal-Università ta’ Malta, din id-darba bl-iskor ta’ 5-1.

Għal Luxol sabu x-xibka Carl Azzopardi, Andy Mangion, Nicola Delre, Mark Zammit u Maicon Silva, filwaqt li l-uniku gowl għall-Universitarji ġie skurjat minn Melvin Borg.

Is-Sibt waranofsinhar kellna żewġ logħbiet mill-Christmas Cup fejn Valletta ghelbu lit-tim B ta’ Luxol 5-3 u Zurrieq Futsal ghelbu lil South Boys 7-3.

Matul tmiem din il-ġimgħa jkollna dawn il-logħbiet mill-Christmas Cup, li se jintlagħbu kollha fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport, f’Pembroke:

Il-Ġimgħa 13/12/19

Fid-09:30 Luxol St. Andrews Futsal vs Swieqi United FC Futsal

Fil-11:30 Marsaskala Futsal vs L-Università ta’ Malta

Fis-13:30 Swieqi United Tim B vs Valletta FC Futsal

Fit-15:30 Qormi Futsal vs Zurrieq Futsal

Il-Ħadd 15/12/19 ikollna ż-żewġ semifinali fis-14:30 u fl-16:30, bil-finali tintlagħab l-Erbgħa 18 ta’ Diċembru fid-20:45.

Ritratt: Joe Borg

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futsal

UEFA FUTSAL EURO Rawnd Preliminari Malta…………0 Polonja………11 Malta temmet l-impenji tagħha fil-grupp C  ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew tal-Futsal li sar fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport b’telfa kbira ta’ 11-0 kontra l-Polonja….

Futsal

UEFA Euro 2022 Grupp Ċ ta’ kwalifikazzjoni Malta…….1 Greċja…….1 Malta kisbet l-ewwel punt fir-rawnd preliminari ta’ Grupp C ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew tal-futsal meta ġew dro ta’ 1-1 kontra l-Greċja…

Futsal

Grupp Ċ Malta 4   Żvezja 6 Malta tilfet l-ewwel impenn tagħha fi Grupp Ċ ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2022. F’logħba li ntlagħbet fl-Iskola tal-Isport f’Pembroke, kienu l-Iżvediżi li bdew tajjeb ħafna…

Futsal

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal illejla kellu l-aħħar sessjoni ta’ taħriġ qabel l-ewwel partita ta għada kontra l-Iżvezja minn Grupp Ċ ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-Futsal 2022. Is-sessjoni tal-lejla ġabet fi…

Aktar