Futbol lokali
Futsal: Luxol jippreparaw għall-impenji fil-UEFA Futsal Champions League

Iċ-champions tal-futsal lokali Luxol St Andrews għaddejjin bl-aħħar preparamenti qabel ma jmorru fil-Maċedonja ta’ Fuq sabiex jipparteċipaw fir-rawnd preliminari tal-UEFA Futsal Champions League. Huma telgħu biex jilagħbu fi grupp A kontra Cefn Druids Futsal Club ta’ Wales, Dolphins Ashdod ta’ Iżrael u KMF Proekt tal-Maċedonja.

Il-kowċ ta’ Luxol Gabriel Dobre intensifika aktar is-sessjonijiet tiegħu ta’ taħriġ bl-għan ewlieni li bħalma għamlu fl-istaġun li għadda, jiksbu post fir-rawnd prinċipali ta’ din il-kompetizzjoni.

It-tim minn St Andrews kiseb is-servizzi tal-gowlkipers Kenneth Rakvaag u Clint Mifsud filwaqt li akkwistaw ukoll lill-plejer ta’ esperjenza Melvin Borg u anke lil Dale Camilleri.

Il-logħob se jsir fil-kumpless ta’ Gevgelija fil-Maċedonja ta’ Fuq bejn l-21 u l-24 t’Awwissu li ġej.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'