Futsal
Futsal: Luxol jirbħu wkoll it-tieni Play Off Finali tal-Elite

Luxol akkwistaw it-tieni rebħa konsekuttiva kontra Valletta fil-Play Offs Finali tal-Elite hekk kif it-tim minn St. Andrews ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 5-2.

Luxol marru fil-vantaġġ f’nofs l-ewwel taqsima permezz tal-Brażiljan Leanderson Sant’ Anna Coriolano. Aktar tard Andre Ciancio tefa’ l-ballun fix-xibka tiegħu stess biex Luxol daħlu għall-mistrieħ b’vantaġġ ta’ żewġ gowls.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Luxol skurjaw it-tielet gowl tagħhom permezz ta’ Marwan Telisi. Daqs sitt minuti wara kien imiss lil captain Mark Zammit li għamilhom 4-0. Kien hawn li t-tensjoni eskalat xi ftit hekk kif partitarju Belti qabez fil-court iżda dan ġie immedjatament maħruġ il-barra mill-Padiljun mill-membri tal-Pulizija. Wara li l-membri l-oħra tal-Pulizija kkalmaw is-sitwazzjoni fi żmien qasir, il-logħob kompla bla tfixkil. F’nofs il-ħin milgħub tat-tieni taqsima Nicola Del Re wkoll poġġa ismu u skurja l-ħames gowl ta’ Luxol.

Valletta tefgħu kollox fuq l-attakk, hekkk kif Dylan Musu beda jiġi utilizzat bħala flying keeper u beda jibdel kontinwament mal-gowlkiper Brandon Debono. Il-Beltin naqsu l-marġni tal-iskor biż-żewġ gowls li ġew skurjati minn Shawn Vella u Andre Ciancio.

Nhar il-Ġimgħa fit-fit-20:15 fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin, tintlagħab it-tielet finali tal-Play Offs tal-Elite, fejn f’każ li Luxol jirbħu wkoll din il-logħba, jiġu dikjarati ċampjins tal-Elite u ma jkunx hemm bżonn li jintlagħbu l-aħħar żewġ logħbiet.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futsal

Il-Ġimgħa filgħaxija fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke, intlagħab il-konfront dirett bejn Valletta u Luxol. Logħba li bħal dejjem offriet spettaklu lid-dilettanti kollha tal-futsal, b’rebħa ta’ 6-4 għal Luxol li poġġiethom…

Futsal

Matul din il-ġimgħa t-tim ta’ Luxol St. Andrews Futsal kien impenjat f’Path B Grupp 5 tar-Rawnd Prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League, fejn spiċċa l-impenji tiegħu fi Praga, r-Repubblika Ċeka fir-raba’…

Futsal

Il-Ġimgħa filgħaxija ngħata bidu għall-istaġun tal-futsal 2019/20, bil-finali tas-Super Cup mirbuħa minn Valletta FC Futsal li għelbu lil Luxol St Andrews Futsal bl-iskor ta’ 7-3. Il-logħba ntlagħbet fil-Padiljun Sportiv tal-Iskola…

Aktar