Futsal
Futsal: Luxol ma jagħtux ċans lil Swieqi United

Rebħa oħra kbira għall-Luxol, hekk kif fl-aħħar konfront li kellhom mill-kampjonat tal-Elite, għelbu lill-Swieqi United bl-iskor ta’ 12-2

Għat-tim minn St. Andrews kellna tripletta ta’ Celino Alves, b’Leanderson Sant’Anna Coriolano, Andy Mangion u Mark Zammit jiskurjaw doppjetta kull wieħed flimkien mal-gowls ta’ Zvezdan Vukovic, Everton Vevé u Aidan Micallef minn penalty.

Għall-Swieqi United skurjaw Dylan Pace u Robert Stoyanov. 

Min naħa l-oħra Valletta żiedu rebħa oħra li żammithom tliet punti wara t-tim fl-ewwel post Luxol meta għelbu lit-tim tal-Università ta’ Malta bl-iskor ta’ 3-2.

Għat-tim tal-Kapitali skurjaw Jovica Milijic, Dusan Rakic u Mohammed Lamari. Għall-Universitarji naqsu l-iskor żewġ eks plejers ta’ Valletta li huma Melvin Borg u Denis Di Maio. 

Din il-ġimgħa jkollna żewġ logħbiet interessanti bejn Swieqi United u l-Università ta’ Malta li għandhom l-istess ammont ta’ punti u l-partita bejn l-ewwel żewġ timijiet Luxol u Valletta.

Klassifika:

Luxol 15; Valletta 12; Swieqi United 3 & L-Università ta’ Malta 3.

Il-ġimgħa d-dieħla fid-20:45 fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke:

L-Erbgħa 20/11/19 L-Università ta’ Malta vs Swieqi United

Il-Ġimgħa 22/11/19 Luxol vs Valletta

Amatuer League:

 Qormi jibqgħu mingħajr punti wara li sfaw megħluba 2-1 minn South Boys. Swieqi United Futsal Tim B rebħu 5-3 kontra Żurrieq Futsal biex b’hekk huma laħqu lill-istess Żurrieq fil-klassifika.

Klassifika:

Luxol Futsal Tim B 10; Żurrieq Futsal 9 u Swieqi United Futsal Tim B 9; South Boys Futsal 4; Marsaskala Futsal 3; Qormi Futsal 0.

Il-ġimgħa d-dieħla fil-Kulleġġ ta’ De La Salle:

Il-Ġimgħa 22/11/19 fis-19:30

South Boys Futsal vs Swieqi United Futsal Tim B

Is-Sibt 23/11/19 fis-14:30

Luxol Futsal Tim B vs Zurrieq Futsal

Miktub minn...
TVM Sport
.