Futsal
Futsal: Luxol mill-ġdid fil-quċċata u rimonta tajba għal Swieqi United

Il-Ġimgħa filgħaxija fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke, intlagħab il-konfront dirett bejn Valletta u Luxol. Logħba li bħal dejjem offriet spettaklu lid-dilettanti kollha tal-futsal, b’rebħa ta’ 6-4 għal Luxol li poġġiethom waħedhom fil-quċċata.

Għat-tim minn St. Andrews kellna fost l-oħrajn id-doppjetta tal-captain Mark Zammit li biha għaqqad il-100 gowl personali tiegħu ma’ dan il-klabb. Il-gowls l-oħra waslu mingħand Giancarlo Sammut, Carl Azzopardi, Marwan Telisi u Everton Veve.

Valletta naqqsu d-distakk permezz tad-doppjetta ta’ Dusan Rakic u gowl kul wieħed għal George Frendo u Mohammed Lamari.

L-Erbgħa kellna konfront ieħor interessanti, fejn waslet l-ewwel rebħa għal Swieqi United li għelbu lit-tim tal-Università ta’ Malta bl-iskor ta’ 8-5.

Bidu tajjeb għat-tim tal-Università li fetħu kmieni l-iskor permezz ta’ Melvin Borg u Ivan Jovanovic, li dan tal-aħħar tkeċċa aktar tard fil-partita. Swieqi rrispondew bi tliet gowls f’erba’ minuti li ġew skurjati minn Firas Aboulezz, Sergio Gonzales Morales u Aaron Montebello. Qabel tmiem l-ewwel taqsima, reġa’ kien Melvin Borg li bagħat liż-żewġ timijiet għall-mistrieħ bl-iskor ta’ 3-3.

Fit-tieni taqsima Swieqi United reġa’ kellhom reazzjoni immedjata bil-gowls ta’ Rodney Debono u għal darb’oħra Aboulezz. L-Universitarji mill-ġdid reġgħu ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Christian Wizmayer u l-plejer Żvizzeru Gabriel Buckson li kien qed jiddebutta fil-kampjonat lokali.

Fl-aħħar 100 sekonda ġiet bħal sħaba sewda fuq it-tim tal-Università u approffittaw tajjeb Swieqi United li skurjaw tliet gowls oħra permezz tal-golwkiper Clyde Aquilina, Sergio Gonzales Morales u Firas Aboulezz.

 Klassifika

Luxol 9; Valletta 6; Swieqi United 3 & L-Università ta’ Malta 3.

Il-ġimgħa d-dieħla fid-20:45 fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke:

L-Erbgħa 6/11/19 Luxol vs L-Università ta’ Malta

Il-Ġimgħa 8/11/19 Swieqi United vs Valletta

Mill-Amatuer League it-Tim B ta’ Swieqi United għeleb lil Marsaskala Futsal bl-iskor ta’ 4-3 u t-Tim B ta’ Luxol għelbu lil Qormi bl-iskor ta’ 4-2.

Klassifika

Zurrieq Futsal & Swieqi United Tim B 6; Luxol Tim B 4; Marsaskala Futsal 3; South Boys 1; Qormi 0.

Il-ġimgħa d-dieħla fil-Kulleġġ ta’ De La Salle:

Il-Ġimgħa 8/11/19 fis-19:30

South Boys vs Zurrieq Futsal

Is-Sibt 9/11/19 fis-14:30

Marsaskala Futsal vs Luxol Tim B

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futsal

Matul din il-ġimgħa t-tim ta’ Luxol St. Andrews Futsal kien impenjat f’Path B Grupp 5 tar-Rawnd Prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League, fejn spiċċa l-impenji tiegħu fi Praga, r-Repubblika Ċeka fir-raba’…

Futsal

Il-Ġimgħa filgħaxija ngħata bidu għall-istaġun tal-futsal 2019/20, bil-finali tas-Super Cup mirbuħa minn Valletta FC Futsal li għelbu lil Luxol St Andrews Futsal bl-iskor ta’ 7-3. Il-logħba ntlagħbet fil-Padiljun Sportiv tal-Iskola…

Futsal

Finali bejn il-Kroazja u Spanja għall-ewwel kampjonat Euro Futsal għat-timijiet nazzjonali taħt id-19-il sena organizzat mill-UEFA. Il-Kroazja għaddew għall-finali b’rebħa bil-penalties fuq il-favoriti l-Portugall: wara li ġabu d-draw bl-iktar mod…

Aktar