Futsal
Futsal: Luxol St. Andrews Futsal rebbieħa tal-Christmas Cup

Nhar l-Erbgħa filgħaxija fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport, f’Pembroke, ġiet fi tmiemha l-Christmas Cup.

Tul din il-kompetizzjoni irrenja l-ispirtu sportiv u nġabru fondi b’risq L-Istrina.

Fil-finali Luxol St. Andrews Futsal rebħu din it-tazza wara li għelbu lil Valletta FC Futsal bl-iskor ta’ 6-0. Il-gowls waslu minn doppjetta ta’ Carl Azzopardi u gowl kull wieħed għal Celino Alves, Everton Vevé, Andy Mangion u Mark Zammit.

Wara tmiem il-partita, il-Viċi President tal-Malta Football Association l-Avukat Matthew Paris ippreżenta t-tazza lil captain ta’ Luxol Mark Zammit li ntlaqat b’ferħ u entużjamu minn sħabu.

Miktub minn...
TVM Sport