Futsal
Futsal: Malta tegħleb lill-Bulgarija f’partita ta’ ħbiberija

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal kiseb rebħa tajba ta’ 3-1 kontra l-Bulgarija fit-tieni logħba ta’ ħbiberija li ntlagħbet bejn dawn iż-żewġ nazzjonijiet. Wara d-dro ta’ 2-2 tal-Ħadd li għadda lbieraħ waslet rebħa ferm tajba mit-tim immexxi mill-kowċ Zeljko Anicic li saħansitra dawwar telfa f’rebħa.
Fil-logħba li ntlagħbet fil-Kumpless tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke, kienu l-Bulgarija li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Yulian Spasov sabiex l-ewwel taqsima għalqet 1-0. Fit-tieni taqsima rajna r-reazzjoni tal-Maltin li dawru l-iskor favurihom permezz ta’ gowls minn Firaz Aboulezz, Dylan Musu u Marwan Telissi.
Malta se tkun qed tospita l-UEFA Futsal Tournament fid-29 ta’ Jannar li ġej u fih se jieħdu sehem l-Iżvezja, il-Greċja u l-Polonja bil-logħob isir fil-Kumpless tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futsal

UEFA FUTSAL EURO Rawnd Preliminari Malta…………0 Polonja………11 Malta temmet l-impenji tagħha fil-grupp C  ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew tal-Futsal li sar fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport b’telfa kbira ta’ 11-0 kontra l-Polonja….

Futsal

UEFA Euro 2022 Grupp Ċ ta’ kwalifikazzjoni Malta…….1 Greċja…….1 Malta kisbet l-ewwel punt fir-rawnd preliminari ta’ Grupp C ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew tal-futsal meta ġew dro ta’ 1-1 kontra l-Greċja…

Futsal

Grupp Ċ Malta 4   Żvezja 6 Malta tilfet l-ewwel impenn tagħha fi Grupp Ċ ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2022. F’logħba li ntlagħbet fl-Iskola tal-Isport f’Pembroke, kienu l-Iżvediżi li bdew tajjeb ħafna…

Futsal

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal illejla kellu l-aħħar sessjoni ta’ taħriġ qabel l-ewwel partita ta għada kontra l-Iżvezja minn Grupp Ċ ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-Futsal 2022. Is-sessjoni tal-lejla ġabet fi…

Aktar