
Fit-tieni derby studentesk tal-istaġun, it-tim tal-Università ħarġu rebbieħ bl-iskor ta’ 9-0 fuq it-tim tal-Junior College. Erba’ gowls għal Nermin Hasanbegovic, doppjetta għal Jose Maria Aguilera Castellano u gowl kull wieħed għal Neil Cauchi, Paul Scerri u Albert Aquilina, żammew l-Universitarji fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni.
Xejn inqas minn għaxar gowls ġew skurjati fil-konfront bejn Marsaskala u Tarxien JMI. Logħba li baqgħet indeċiża sakemm l-iskor kien dak ta’ 4-4. Tarxien JMI fetħu l-iskor permezz ta’ Armando Djepali u Marsaskala ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Khail Drago. Tarxien reġgħu marru minn fuq permezz ta’ Craig Pickard u John Paul Barabara reġa’ ġab l-iskor indaqs. Għal darb’oħra reġa’ kien Armando Djepali, iżda l-Iskalin reġgħu skurjaw permezz ta’ Antonio Fraschilla. Uros Markovic reġa’ poġġa lil Tarxien JMI fil-vantaġġ u Tiwtiw Jr Afifi għamilhom 4-4. Fl-aħħarnett waslu ż-żewġ gowls deċiżivi li taw ir-rebħa ta’ 6-4 lil Tarxien JMI, permezz ta’ Armando Djepali u Radovan Duric.
Doppjetta ta’ Kurt Bartolo kienet biżżejjed għal Pietà Nordiska biex jieħdu rebħa oħra importanti fil-kampjonat. Minkejja l-wirja tajba li kellhom it-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi United, huma sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1. L-uniku gowl għaż-żgħażagħ ta’ Swieqi ġie skurjat minn Matthew Micallef Thompson.
Fil-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni nsibu lill-Università ta’ Malta b’29 punt, Pietà Nordiska 27, Tarxien JMI 21, Qormi 12, Marsaskala u Swieqi United U21 b’sitt punti u l-Junior College bla ebda punt.
Mill-kampjonat tal-Elite, il-logħbiet bejn Mriehel ESS u Swieqi United u bejn Valletta kontra Hamrun Tre Angeli, li kienu skedati l-Ġimgħa 9 ta’ Frar, ma ntlagħbux minħabba l-ammont kbir ta’ xita li daħal fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin. Dawn iż-żewġ logħbiet issa ġew posposti għal nhar it-Tlieta li ġej.
Fimkien ma’ dawn il-logħbiet ikollna:
Mill-Ewwel Diviżjoni
It-Tnejn 12/2/18
Fit-8:00 pm Tarxien JMI vs L-Università ta’ Malta
Fid-9:15 pm Qormi vs Junior College
Il-Ħamis 15/2/18
Fit-8:00 pm Marsaskala vs Swieqi United U21
Mill-Elite
It-Tlieta 13/2/18 * posposti mill-Ġimgħa 9 ta’ Frar 2018
Fit-8:00 pm Mriehel ESS vs Swieqi United
Fid-9:15 pm Valletta vs Hamrun Tre Angeli
Il-Ġimgħa 16/2/18
Fit-8:00 pm Hamrun Tre Angeli vs Mriehel ESS
Fid-9:15 pm Swieqi United vs Luxol
Jekk fil-ftit sigħat li fadal sal-lejla mhux se tiġi rranġata d-deċiżjoni li ħa l-Bord tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association, it-tim tal-futsal ta’ Valletta FC, mhux se jkun qed jinżel għall-partita tiegħu…
MFA Futsal League 2018/19 Jumejn wara l-konfront fl-Istejdjum Nazzjonali f’Ta’ Qali bejn Valletta u Birkirkara, l-istess żewġ timijiet kienu avversarji ta’ xulxin fil-kampjonat tal-futsal lokali. B’attendenza numeruża fil-Padiljun Sportiv ta’…
Telfa oħra għal Malta fit-tieni partita minn Grupp E ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2020 tal-futsal. Fil-partita tal-bieraħ l-Iżvezja ħarġu rebbieħa bi skor ta’ 5-1 bil-gowl tal-Maltin li ġie skurjat minn…
FUTSAL: TAZZA TAD-DINJA TAL-FIFA 2020 GRUPP E TA’ KWALIFIKAZZJONI Belġju……12 Mata………0 Futsal: Telfa kbira ta’ 12-0 għat-team Nazzjonali Malti tal-Futsal kontra l-Belġju iktar kmieni llum fl-ewwel logħba minn Grupp E…