Futsal
Futsal: Swieqi United waħedhom fit-tielet post

Il-logħba bejn it-tim tal-Università u Swieqi United, kienet waħda deċiżiva għal min se jokkupa t-tielet post f’din il-ġimgħa. Dro bejn dawn iż-żewġ timijiet poġġa lil Swieqi waħedhom fit-tielet post, bi tmien punti wara l-liders Valletta u żewġ punti biss wara Luxol li qegħdin fit-tieni post. Għaldaqstant bi dro ta’ 5-5, l-Universitarji jinsabu waħedhom fir-raba’ post b’għoxrin punt u punt wieħed biss fuq Hamrun Tre Angeli. Dan ifisser li dawn it-timijiet li semmejna se jkunu jagħmlu parti fil-grupp tal-Elite.

Għall-Universitarji kellna tripletta ta’ Jose Maria Aguilera Castellano u gowl kull wieħed għal Gary Inguanez u Leo Muscat. Għal Swieqi United skurjaw gowl kull wieħed Chris Cardona, Ryan Xuereb u Zurab Lukava, flimkien mad-doppjetta ta’ Shota Chanukvadze.

Fiż-żewġ logħbiet l-oħra li kellna matul din il-ġimgħa, Luxol għelbu lil Tarxien bl-iskor ta’ 8-3 u Hamrun Tre Angeli għelbu lil Pietà Nordiska bl-iskor ta’ 12-1.

Fil-klassifika tal-kampjonat, Valletta jibqgħu waħedhom b’punti massimi bi 30 punt, segwiti minn Luxol b’24 punt. Kif għidna Swieqi United telgħu fit-tielet post bi 22 punt u warajhom l-Universitarji b’20 punt. Hamrun Tre Angeli telgħu għal 19-il punt, quddiem Mriehel ESS li għandhom 18-il punt. Pietà Nordiska baqgħu bi 15-il punt, filwaqt li Tarxien JMI u Qormi għandhom disa’ punti. Fin-naħa t’isfel insibu lil Marsaskala b’sitt punti, it-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi United bi tliet punti u t-tim tal-Junior College mingħajr l-ebda punt.

Intant l-ewwel rawnd se jiġi fi tmiemu b’dawn il-logħbiet, fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin:

It-Tnejn 11/12/17

Fit-8:00 pm Swieqi United vs Swieqi United U21

Fid-9:15 pm Marsaskala vs Valletta

Il-Ħamis 14/12/17

Fit-8:00 pm Junior College vs Hamrun Tre Angeli

Fid-9:15 pm Luxol vs Pietà Nordiska

Il-Ġimgħa 15/12/17

Fit-8:00 pm Mriehel ESS vs L-Università ta’ Malta

It-Tnejn 18/12/17

Fit-8:00pm Junior College vs Luxol

Fid-9:15 pm Tarxien JMI vs Qormi

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futsal

MFA Futsal League 2018/19 Jumejn wara l-konfront fl-Istejdjum Nazzjonali f’Ta’ Qali bejn Valletta u Birkirkara, l-istess żewġ timijiet kienu avversarji ta’ xulxin fil-kampjonat tal-futsal lokali. B’attendenza numeruża fil-Padiljun Sportiv ta’…

Futsal

Kultant, fid-dinja tal-isport, jiġru kumbinazzjonijiet li jekk terġa’ tippruvahom għall-kumplament ta’ ħajtek ma jerġgħux jiġru. Tfajjel li s’issa għadu mhux magħruf b’ismu, irnexxielu jiskurja penalty fil-futsal u fl-istess xutt, iż-żarbuna…

Futsal

Matul din il-ġimgħa it-timijiet kollha tal-futsal kienu fl-azzjoni, b’Valletta FC Futsal jkollhom l-ewwel rebħa staġjonali. Il-Beltin wara l-impenji tagħhom fil-UEFA Futsal Champions League, fl-ewwel logħba tagħhom tal-kampjonat ħarġu rebbieħa fuq…

Aktar