Futsal
Futsal Tazza tad-Dinja – Finali l-Ħadd LIVE fuq TVMNews+ bejn il-Portugall u l-Arġentina

Futsal: Finali tat-Tazza tad-Dinja bejn Portugall u l-Arġentina.

Fit-tieni semifinali l-Ħamis filgħaxija, l-Portugall għelbu lil Kazakhstan bl-għoti tal-penalties.

2-2 sal-ħin regolamentari, biex il-Portugall bil-penalties ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-3.

Aktar qabel, l-Arġentina kwalifikaw għall-finali wara li għelbu lil Brażil bi skor ta’ 2-1.

L-aħħar żewġ partiti tat-Tazza tad-Dinja tal-futsal jintlagħbu l-Ħadd li ġej bil-partita bejn it-telliefa għat-tielet u r-raba’ post bejn il-Kazakhstan u l-Brażil tibda fil-5.00pm u l-finalissima bejn il-Portugall u l-Arġentina tibda fis-7.00pm u tixxandar diretta fuq TVMNewsplus.

Miktub minn...
Rodney Vassallo