Futsal
Futsal: Tibda t-tieni fażi tal-kampjonat

Ingħatat bidu għat-tieni fażi tal-kampjonat tal-futsal, bi tliet logħbiet mill-Ewwel Diviżjoni. It-tim tal-Università ta’ Malta għeleb lit-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi United bl-iskor ta’ 4-1.

L-Universitarji kienu tattikament dixxiplinati, filwaqt li ż-żgħażagħ ta’ Swieqi United dehru mimlijin enerġija. Dan l-ispirtu fit-tim ta’ Swieqi juri rieda tajba li jkomplu jtejjbu posthom u jinvestu fil-futur tal-futsal lokali.

Nermin Hasanbegovic, Jose Maria Aguilera Castellano minn penalti, Gary Inguanez u Neil Cauchi taw tliet punti oħra lit-tim tal-Università. Min-naħa l-oħra l-uniku gowl għat-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi ġie skurjat mill-captain Dylan Pace.

F’aktar logħbiet li kellna matul din il-ġimgħa, Pietà Nordiska għelbu lil Marsaskala bl-iskor ta’ 8-3 u Tarxien JMI għelbu lil Qormi bl-iskor ta’ 4-3.

Matul il-ġimgħa d-dieħla jkompli l-kampjonat b’dawn il-logħbiet:

Mill-Ewwel Diviżjoni

It-Tnejn 22/1/18

Fit-8:00pm Qormi vs Pietà Nordiska

Fid-9:15 pm Marsaskala vs L-Università ta’ Malta

Il-Ħamis 25/1/18

Fit-8:00pm Swieqi United U21 vs Junior College

Mill-Elite

Il-Ġimgħa 26/1/18

Fit-8:00pm Valletta vs Luxol

Fid-9:15 pm Hamrun Tre Angeli vs Swieqi United

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futsal

Luxol akkwistaw it-tieni rebħa konsekuttiva kontra Valletta fil-Play Offs Finali tal-Elite hekk kif it-tim minn St. Andrews ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 5-2. Luxol marru fil-vantaġġ f’nofs l-ewwel taqsima permezz tal-Brażiljan…

Futsal

MFA Futsal League 2018/19 Jumejn wara l-konfront fl-Istejdjum Nazzjonali f’Ta’ Qali bejn Valletta u Birkirkara, l-istess żewġ timijiet kienu avversarji ta’ xulxin fil-kampjonat tal-futsal lokali. B’attendenza numeruża fil-Padiljun Sportiv ta’…

Futsal

Kultant, fid-dinja tal-isport, jiġru kumbinazzjonijiet li jekk terġa’ tippruvahom għall-kumplament ta’ ħajtek ma jerġgħux jiġru. Tfajjel li s’issa għadu mhux magħruf b’ismu, irnexxielu jiskurja penalty fil-futsal u fl-istess xutt, iż-żarbuna…

Futsal

Matul din il-ġimgħa it-timijiet kollha tal-futsal kienu fl-azzjoni, b’Valletta FC Futsal jkollhom l-ewwel rebħa staġjonali. Il-Beltin wara l-impenji tagħhom fil-UEFA Futsal Champions League, fl-ewwel logħba tagħhom tal-kampjonat ħarġu rebbieħa fuq…

Aktar