Futsal
Futsal: Valletta aċċertaw it-tieni post fl-Elite

Fl-unika logħba mill-Kampjonat tal-Elite, kellna dro ta’ 4-4 bejn Valletta u t-tim tal-Universita’ ta’ Malta. B’dan ir-riżultat, il-Beltin aċċertaw posthom fit-tieni post wara Luxol.

Għal Valletta kellna doppjetta ta’ George Frendo u gowl kull wieħed għal Jovica Milijic u Mohammed Lamari. Għat-tim tal-Università kellna doppjetta ta’ Dylan Musu u gowl kull wieħed għal Gabriel Buckson u Ervin Rigo.

Klassifika

Luxol St. Andrews Futsal 24; Valletta FC Futsal 16; L-Università ta’ Malta 7;  Swieqi United FC Futsal 3.

Il-kampjonat tal-futsal jerġa’ jkompli fis-7 ta’ Frar 2020, sabiex it-tim nazzjonali jieħu sehem fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Futsal Euro 2022. Malta se tospita l-logħbiet ta’ Grupp Ċ li Malta għandha flimkien mal-Polonja, l-Iżvezja u l-Greċja.

Sadanittant matul il-ġimgħa li għaddiet tkomplew il-logħbiet mill-Christmas Cup, fejn kellna dawn ir-riżultati:

Kwarti tal-Finali

Luxol St. Andrews Futsal 6-0 Swieqi United FC Futsal

Marsaskala Futsal 2-9 L-Università ta’ Malta

Swieqi United Tim B 0-8 Valletta FC Futsal

Qormi Futsal 5-10 Zurrieq Futsal

Semifinali

Valletta FC Futsal 7-3 Zurrieq Futsal

Luxol St. Andrews Futsal 5-3 L-Università ta’ Malta

B’hekk Luxol u Valletta se jkunu l-finalisti ta’ nhar l-Erbgħa 18 ta’ Diċembru, li se tintlagħab fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke u tibda fis-19:00.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futsal

UEFA FUTSAL EURO Rawnd Preliminari Malta…………0 Polonja………11 Malta temmet l-impenji tagħha fil-grupp C  ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew tal-Futsal li sar fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport b’telfa kbira ta’ 11-0 kontra l-Polonja….

Futsal

UEFA Euro 2022 Grupp Ċ ta’ kwalifikazzjoni Malta…….1 Greċja…….1 Malta kisbet l-ewwel punt fir-rawnd preliminari ta’ Grupp C ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew tal-futsal meta ġew dro ta’ 1-1 kontra l-Greċja…

Futsal

Grupp Ċ Malta 4   Żvezja 6 Malta tilfet l-ewwel impenn tagħha fi Grupp Ċ ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2022. F’logħba li ntlagħbet fl-Iskola tal-Isport f’Pembroke, kienu l-Iżvediżi li bdew tajjeb ħafna…

Futsal

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal illejla kellu l-aħħar sessjoni ta’ taħriġ qabel l-ewwel partita ta għada kontra l-Iżvezja minn Grupp Ċ ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-Futsal 2022. Is-sessjoni tal-lejla ġabet fi…

Aktar