Futsal
FUTSAL: Valletta u Luxol jżidu fir-rebħ, qabel il-konfront ta’ bejniethom

MFA Futsal League 2018/19

Jumejn wara l-konfront fl-Istejdjum Nazzjonali f’Ta’ Qali bejn Valletta u Birkirkara, l-istess żewġ timijiet kienu avversarji ta’ xulxin fil-kampjonat tal-futsal lokali. B’attendenza numeruża fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin, iż-żewġ partitarji reġgħu attendew bi ħġarhom. Il-Beltin ħarġu rebbieħa fuq il-Karkariżi bl-iskor ta’ 5-1.

Għal Valletta idebutta l-plejer internazzjonali żagħżugħ Andrè Ciancio li akkwistaw mingħand Swieqi United. Ciancio fil-ftit minuti li lagħab kellu wirja tajba iżda jonqsu xi rtokki żgħar biex ikomplu jsib postu mat-tattika tal-kowċ Xavier Saliba.

Il-ħames gowls Beltin waslu b’tripletta ta’ Camilo Andre Vanegas Gomez u gowl kull wieħed għal Jovica Milijic u Gia Nikvashvilli. L-uniku gowl Karkariż wasal mingħand Glenn Bonello.

Luxol St. Andrews komplew iżidu wkoll rebħa oħra fir-rawnd tal-Elite meta għelbu lil Swieqi United bl-iskor ta’ 8-3. Luxol kellhom żewġ doppjetti ta’ Celino Alves u Giancarlo Sammut flimkien mal-gowls ta’ Matthew Attard, Maicon Silva, Zvezdan Vukovic u l-captain Mark Zammit lejlet għaluq snienu.

Il-gowls ta’ Swieqi United waslu mingħand Shawn Deguara li akkwistaw mingħand Valletta, Leonardo De Souza u Leo Muscat.

F’logħba oħra li kellna mir-rawnd tal-Elite, Tarxien Rainbows għelbu lit-tim tal-Università ta’ Malta bl-iskor ta’ 7-4.

Mill-Ewwel Diviżjoni kellna lil Luxol U19 li għelbui lil UM Futsal Academy bl-iskor ta’ 7-1 u Pietà Hotspurs għelbu lil Swieqi United U21 bl-iskor ta’ 7-2.

Klassifika – Elite

Valletta 36; Luxol 33; Swieqi United 24; Birkirkara 21; L-Università ta’ Malta u Tarxien Rainbows 15.

Klassifika – L-Ewwel Diviżjoni

Pietà Hotspurs 18; Swieqi United U21 9; Luxol U19 6 u UM Futsal Academy 3.

Il-ġimgħa d-dieħla jkollna dawn il-logħbiet:

It-Tnejn 11 ta’ Frar

Valletta vs Swieqi United (fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin fit-20:15)

Luxol St. Andrews vs Tarxien Rainbows (fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin fl-22:00)

It-Tlieta 12 ta’ Diċembru

Birkirkara vs L-Università ta’ Malta (fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin fit-20:15)

Il-Ġimgħa 7 ta’ Diċembru

Luxol St. Andrews vs Valletta (fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin fit-20:15)

UM Futsal Academy vs Swieqi United U21 (fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport fid-20:45)

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futsal

Luxol akkwistaw it-tieni rebħa konsekuttiva kontra Valletta fil-Play Offs Finali tal-Elite hekk kif it-tim minn St. Andrews ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 5-2. Luxol marru fil-vantaġġ f’nofs l-ewwel taqsima permezz tal-Brażiljan…

Futsal

Luxol u Valletta jibdew is-serje ta’ konfronti diretti bejniethom Luxol ingħaqdu ma’ Valletta bħala l-finalisti tan-Knock Out, meta fit-tieni semifinali Luxol faċilment għelbu lil Pietà Hotspurs bl-iskor finali ta’ 9-0….

Aktar