Futbol lokali
Futsal: Valletta u Luxol ras imb ras fil-quċċata tal-klassifika

Ikompli l-kampjonat tal-futsal lokali b’logħbiet mir-Rawnd tal-Elite u l-Ewwel Diviżjoni. Fiż-żewġ logħbiet tal-Elite, Luxol u Valletta ħarġu rebbieħa kontra Mriehel ESS u Swieqi United rispettivament.

Wara tmien minuti logħob, Luxol marru fil-vantaġġ permezz ta’ Giancarlo Sammut. Tliet minuti biss wara Mriehel ESS ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Essa Benatiya minn penalti. Immedjatament Luxol reġgħu marru fil-vantaġġ permezz tal-captain Mark Zammit, li ssiġilla l-iskor finali għal 2-1.

Fil-logħba l-oħra l-Beltin ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-2, b’doppjetta ta’ Murtaz Kakabadze u gowls għal Dylan Musu u d-debuttant Kolumbjan Camillo Andres Gomes Vanegas. Għal Swieqi United skurjaw Shota Chanukvadze u Christian Wismayer.

Grafika: Klassifika Elite

Valletta 36

Luxol 36

Hamrun Tre Angeli 25

Swieqi United 25

Mriehel ESS 21

B’hekk fil-klassifika tal-Elite Valletta u Luxol għandhom 33 punt, Hamrun Tre Angeli u Swieqi United għandhom 25, filwaqt li Mriehel ESS għandhom 21 punt.

Filmat Pietà Nordiska vs Junior College 29/1/18

Mill-Ewwel Diviżjoni, Pietà Nordiska kisbu rebħa oħra, din id-darba kontra t-tim tal-Junior College. Pietà kellhom vantaġġ komdu ta’ 5-0 qabel tmiem l-ewwel taqsima b’doppjetti ta’ Kurt Bartolo u Roberto Camargo u gowl ta’ Ryan Mifsud.

Junior College naqsu l-iskor permezz ta’ Gilbert Amato Gauci, iżda Kurt Bartolo għaqqad tripletta personali u għamilhom 6-1. Lejn tmiem il-logħba Tyrone Pace skurja gowl ieħor għall-Junior College, iżda fl-aħħar sekondi Leandros Calleja skurja u ssiġġilla r-rebħa bl-iskor finali ta’ 7-2.

Grafika – Riżultati: L-Ewwel Diviżjoni

Tarxien JMI 8-2 Swieqi United U21

Qormi 6-2 Marsaskala

Tarxien JMI għelbu lit-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi United bl-iskor ta’ 8-2.

Qormi rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Marsaskala bl-iskor ta’ 6-2.

Grafika – Klassifika: L-Ewwel Diviżjoni

L-Università ta’ Malta 26

Pietà Nordiska 24

Tarxien JMI 18

Qormi 12

Marsaskala 6

Swieqi United U21 6

Junior College 0

Fil-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni nsibu lill-Università ta’ Malta b’26 punt, Pietà Nordiska 24, Tarxien JMI 18, Qormi 12, Marsaskala u Swieqi United U21 b’sitt punti u l-Junior College bla ebda punt.

Matul il-ġimgħa d-dieħla jkollna dawn il-logħbiet:

Grafika – Mill-Ewwel Diviżjoni

It-Tnejn 5/2/18

Fit-8:00 pm Marsaskala vs Tarxien JMI

Fid-9:15 pm Swieqi United U21 vs Pietà Nordiska

Il-Ħamis 8/2/18

Fit-8:00 pm Junior College vs L-Università ta’ Malta

Mill-Elite

Il-Ġimgħa 9/2/18

Fit-8:00 pm Mriehel ESS vs Swieqi United

Fid-9:15 pm Valletta vs Hamrun Tre Angeli

Miktub minn...
TVM Sport
.