Futsal
Futsal: Wirja mill-aqwa għal Luxol mhux biżżejjed kontra ċ-champions tal-Ażerbajġan

Wirja mill-aqwa ma kinitx bizzejjed għal Luxol Futsal li tilfu 6-4 kontra l-qawwa ta’ Araz, iċ-Champions tal-Azerbajgan, team magħmul minn ħafna players Brażiljani, li prattikament kisbu r-rebħa fl-aħħar 90 sekonda.

Għat-Team Malti wirja ferm aħjar mill-ġurnata ta’ qabel speċjalment Panu, ż-żewġ Brażiljani u ż-żewġ Kroati forsi spikkaw fuq il-players l-oħra.

Frane Despotović fi rwol triplu ta’ player, kowċ u għal xi ħin anke flyingkeeper.

Neqsin għal Luxol apparti s-sospiż Gian Carlo Sammut li tkeċċa fl-ewwel logħba kontra FC Deva, anke l-imweġġgħin Nicki Delre, Matthew Attard u Carl Azzopardi.

Għal Araz l-eroj wieħed mill-Brażiljani Maicon Da Silva awtur ta’ ħamsa mis-sitt goals.

Fl-ewwel taqsima wirja perfetta għal Luxol St Andrews Futsal Club sal-aħħar sitt sekondi meta bl-aktar mod inkredibbli l-players ta’ Araz baqgħu jemmnu u f’dan il-livell kull sekonda tgħodd u meta titlef il-konċentrazzjoni tista’ tkun fatali.

L-ewwel għaxar minuti 0-0 sakemm kien Hrvoje Penava li b’daqqa ta’ ras antiċipa l-ħarġa tal-goalkeeper Rovshan Huseynli biex poġġa lit-team Malti fil-vantaġġ.

2-0 ftit wara hekk kif anke Panu Autio fetaħ il-kont personali tiegħu u tefa’ f’xibka prattikament vojta wara xogħol tajjeb ta’ Celino Alves fuq ix-xellug.

Luxol dehru se jżommu dan il-vantaġġ sal-mistrieħ iżda Maicon Da Silva Gaiewski kellu ħsibijiet oħra u fl-aħħar sitt sekondi sammar il-ballun fl-anglu biex l-ewwel taqsima għalqet 2-1 favur Luxol Futsal.

Fit-tieni taqsima Maicon għamel l-iskor 2-2, Rogério Dos Santos Filho reġa’ poġġa lil Luxol fil-vantaġġ, iżda Maicon kontinwament beda jsib ruħu żmarkat fuq ix-xellug u f’waħda minn dawn l-azzjonijiet għamilhom 3-3.

4-3 u d-doppjetta ta’ Penava wara freekick ta’ Celino, iżda Maicon malajr reħa’ kiseb il-parita.

Kien fl-aħħar 90 sekonda li l-Azeri ħadu l-partita f’idejhom u bil-ħames goal ta’ Maicon u s-siġill ta’ Brażiljan ieżor, Bolinha, gżamlu l-iskor finali f’wirja mill-aqwa għal Luxol – 6-4 favur Araz-Naxçıvan PFK.

Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali, Futsal

Il-Komunita’ tal-football speċjalment dik taż-Żurrieq tinsab ixxukjata bil-mewt ħabta u sabta ta’ Leonard Zammit li kien jilgħab ma’ Żurrieq FC u ma’ Kirkop United rispettivament. Hu kien jilgħab ukoll il-Futsal…

Futbol lokali, Futsal

RAPPORT minn Deva r-Rumanija – Rodney Vassallo Rebha misthoqqa ta’ 5-2 kontra c-Champions tal-Boznija FC Mostar u tkompli l-holma ghal Luxol St Andrews Futsal Club li f’dan il-livel gholi tal-Main…

Futsal

It-tim tal-Università li qed jipparteċipa għar-raba’ darba fil-kampjonat lokali, qed juri progress minn staġun għal ieħor. Bħal Valletta, l-Universitarji kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva, meta għelbu lil Marsaskala bl-iskor ta’ 9-3….

Futsal

Luxol St Andrews Futsal Club bdew l-impenji taghhom fi Grupp 8 tal-Main Round tal-UEFA Futsal Cup b’tlfa ta’ 5-2 kontra l-qawwa tac-Champions tar-Rumanija FC Deva. Kien qed jjigi anticipat li…

Aktar