Futsal
Futsal: Żurrieq jiksbu t-tielet rebħa staġjonali

Fl-unika logħba li kellna fi tmiem din il-ġimgħa mill-kampjonat nazzjonali tal-futsal, Żurrieq kisbu t-tielet rebħa staġjonali wara li għelbu lil Qormi bl-iskor ta’ 6-3. Kienet logħba ferm pjaċevoli li fiha ġew skorjati xejn inqas minn disa’ gowls b’Żurrieq li bdew jieħdu l-inizjattiva u b’Qormi li bdew itellgħu kontrattakki tipiċi tagħhom.

Fl-aħħar mill-aħħar kienu ż-Żrieraq li ħadu r-rebħa finali sabiex b’hekk issa telgħu għal disa’ punti fil-klassifika. Min-naħa ta’ Qormi, huma għadhom iridu jiksbu l-ewwel punti tal-istaġun.

Luke Joseph Bugeja u Keith Callus kienu f’forma mill-aqwa għal Żurrieq hekk kif skorjaw żewġ gowls kull wieħed filwaqt li Alexei Saliba u awtogowl għaqqdu l-iskor favurihom.

Għal Qormi Vuk Rankovic skorja doppjetta b’Jose Luis Carlos Lopes iżid ieħor għalihom.

Sadanittant tħabbar li għalissa l-kampjonat nazzjonali tal-futsal ġie sospiż sal-21 ta’ Marzu li ġej hekk kif matul il-ġimgħa l-oħra numru ta’ plejers u uffiċjali tat-tim nazzjonali ttestjaw pożittiv għall-COVID-19 waqt it-training camp li sar.

KLASSIFIKA:

Swieqi 28 (10), Luxol 25 (9), Valletta 23* (9), Mellieħa 18 (10), Ta’ Xbiex 15 (8), L-Universita ta’ Malta 15 (9), Naxxar Lions 13 (9), St Georges 10 (10), Żurrieq 9 (11), Ibraġġ 4 *(9), Marsaskala 1 (9), Qormi 0 (7)

*Għadhom qed jistennew ir-riżultat mill-bord tad-dixxiplina wara l-walkover ta’ Ibraġġ

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'