Futbol internazzjonali
F’Wales: Emiliano Sala mfakkar sena wara li tilef ħajtu

Il-plejers, managment, staff u partitarji taw tislima lill-plejer Emiliano Sala, f’ċerimonja kommemorattiva, sena mill-mewt tiegħu, fil-Katidral ta’ San David f’Cardiff.

Sala kien miet f’inċident traġiku tal-ajru fil-21 ta’ Jannar meta kien fi triqtu lejn Cardiff min-Nantes wara t-transfer tiegħu li sewa 15-il milju ewro.

Sean Morrison, captain ta’ Cardiff, id-difensur Sol Bamba u l-manager Neil Harris kienu fost dawk li attendew għaċ-ċerimonja tal-plejer Arġentin.

Diversi partitarji ukoll inġabru barra l-katidral biex juru l-appoġġ lejn il-familjari ta’ Sala.

Miktub minn...
TVM Sport