Futbol lokali
Gabriel Izquier jiffirma kuntratt ġdid ta’ sena oħra ma’ Hibernians

Id-difensur xellugi ta’ Hibernians Gabriel Izquier iffirma kuntratt ġdid li se jorbtu ma’ Hibernians għal staġun ieħor.

L-Ispanjol ta’ 27 sena, kien inġib minn Hibernians fl-istaġun li għadda u magħhom lagħab 20 partita.

Gabriel Izquier kien qed jissemma li jista’ jħalli pajjiżna iżda l-Kumitat Pawlist irnexxielu jikkonvinċih biex jibqa’ mal-klabb.

Izquier hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa barranin li hawn f’Malta.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Sirens ippreżentaw lill-attakkant Wilfried Domoraud, li ngħaqad magħhom mingħand Gzira United. Il-Franċiż kien inġieb f’pajjiżna minn Hamrun Spartans u kien jagħmel parti mill-iskwadra mmexxija minn Giovanni Tedesco. Sirens akkwistaw ukoll…

Futbol lokali

Floriana FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilagħbu kontra t-tim popolari Rumen CFR Cluj, fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League tal-istaġun li jmiss. Il-partita se tkun qed tintlagħab f’Malta ftit…

Futbol lokali

Futbol lokali: il-bieraħ logħba ta’ ħbiberija bejn Gżira United u Vittoriosa Stars li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium. Rebħa ta’ 4-0 għal Gżira United bil-goals għal Maroons skorjati minn: Jefferson li…

Aktar