Futbol internazzjonali
Gareth Bale mistenni jibqa ma’ Real

Il-kowċ ta’ Real Madrid Zinedine Zidane qal li Gareth Bale ser jibqa mal-Madrileni dan wara li huwa pproduċa wirja tajba sabiex Real għelbu lil Celta Vigo bl-iskor ta’ 3-1.

Wara sajf ta’ inċertezzi Bale kien strumentali fl-ewwel gowl li kien skurjat minn Karim Benzema filwaqt li anki għen ħafna lid-difiża tat-tim tiegħu. Il-gowls l-oħra ta’ Real waslu minn Toni Kroos u Lucas Vasquez.

Bale kien mistenni li jitlaq matul dan is-sajf wara nuqqas ta’ qbil ma’ Zidane fejn l-istess kowċ kien saħansitra stqarr li aktar ma’ jitlaq malajr aktar aħjar.

Fil-fatt kien hemm rapporti li kien viċin li jingħaqad mal-klabb Ċiniż ta’ Jiangsu Suning iżda kien waqa kollox. L-injury li kellu Marco Asensio għenet biex Bale jżid iċ-ċans li jibqa ma’ Real kif fil-fatt jidher li ħa jiġri.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-attakkant ta’ Porto Moussa Marega ħalla l-grawnd bi protesta wara korijiet razzisti fil-konfront tiegħu waqt il-logħba bejn Vitoria Guimaraes u Porto. L-attakkant ta’ 28 sena mill-Mali rnexxilu jiskorja t-tieni gowl…

Futbol internazzjonali

Tħabbret il-mewt ta’ Herry Gregg, l-ex gowlkiper Irlandiż ta’ Manchester United. Gregg baqa’ jissemma bħala wieħed mill-eroj tat-traġedja tal-ajru ta’ Munich li fiha kien involut it-tim ta’ Manchester United, lura…

Futbol internazzjonali

Manchester City ġew sospizi sentejn milli jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej, UEFA Champions League u UEFA Europa League, għal ksur serju fir-regoli tal-financial fair play. Apparti din is-sospensjoni li tista tiġi appellata,…

Futbol internazzjonali

Tard ilbieraħ filgħaxija, il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli u d-Direttur Ġenerali Fabio Paratici, sejħu lill-kowċ Maurizio Sarri biex miegħu jiddiskutu l-futur ta’ Juventus għal kumplament tal-istaġun. Jidher li din il-laqgħa…

Aktar