Futbol internazzjonali
Gareth Southgate jagħżel it-tim Ingliż għar-Russja

Il-maniġer Ingliż Gareth Southgate ħabbar l-iskwadra b’mod totalment differenti, fejn permezz ta’ video, diversi żgħażagħ bdew jgħidu l-ismijiet tal-plejers magħżula. Southgate ħalla barra lill-goalkeeper Joe Hart kif ukoll lill-midfielder t’Arsenal Jack Wilshere li jidher li weġġa’ fl-aħħar jiem.

Il-goalkeeper ta’ Everton, Jordan Pickford, huwa mistenni li jkun il-goaler numru wieħed tal-Ingilterra meta jibdew il-logħob tagħhom kontra t-Tuneżija fit-18 ta’ Ġunju. L-iżgħar plejer tat-tim huwa d-difensur laterali ta’ Liverpool, Trent Alexander-Arnold, bil-midfielder ta’ Chelsea Ruben Loftus-Cheek ukoll jiġi mgħajjat għar-Russja.

Gareth Southgate ddeċieda li jsejjaħ tlieta u għoxrin plejer biss mill-ewwel, b’differenza minn kif jiġri s-soltu, meta l-ewwel jiġu mgħajta mat-28 plejer, imbagħad dawn jitnaqqsu għal 23. Biss, Southgate poġġa ħames plejers fuq standby għal dak li jista’ jinqala’ matul il-preparamenti għar-Russja. L-Ingilterra se tkun qiegħda tilgħab żewġ friendlies, l-ewwel kontra n-Niġerja fit-2 ta’ Ġunju, imbagħad kontra l-Costa Rica fis-7 ta’ Ġunju, bit-tim jitlaq lejn ir-Russja fit-12 tax-xahar.

It-23 plejer magħżula minn Southgate huma dawn:

Goalkeepers: Jack Butland (Stoke City), Jordan Pickford (Everton), Nick Pope (Burnley).

Difensuri: John Stones (Manchester City), Harry Maguire (Leicester City), Phil Jones (Manchester Utd), Kyle Walker (Manchester City), Kieran Trippier (Tottenham Hotspur), Gary Cahill (Chelsea), Ashley Young (Manchester Utd), Danny Rose (Tottenham Hotspur), Trent Alexander-Arnold (Liverpool).

Midfielders: Eric Dier (Tottenham Hotspur), Jordan Henderson (Liverpool), Dele Alli (Tottenham Hotspur), Jesse Lingard (Manchester Utd), Raheem Sterling (Manchester City), Ruben Loftus-Cheek (Chelsea), Fabian Delph (Manchester City).

Attakkanti: Harry Kane (Tottenham Hotspur), Jamie Vardy (Leicester City), Marcus Rashford (Manchester Utd), Danny Welbeck (Arsenal).

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Sami Khedira, il-plejer ta’ Juventus FC u tat-tim nazzjonali tal-Ġermanja, għamel operazzjoni f’qalbu u se jdum barra mil-logħob għal erba’ jew ħames ġimgħat. L-aħbar ħarġet ilbieraħ u kienet waħda li…

Futbol internazzjonali

Illum jidħlu fl-azzjoni l-aħħar timijiet li jiffurmaw il-grupp tal-aħħar sittax tal-Uefa Champions League. Fil-Wanda Metropolitano Stadium, l-istess post li fih fl-1 t’ Ġunju ser tintlagħab il-finali, illejla Atletico Madrid jospitaw…

Futbol internazzjonali

FA Cup 2018/19 Il-Poloz tal-kwarti tal-Finali tal-FA Cup irriżultaw hekk: Swansea City v Manchester City Watford v Crystal Palace Wolves v Manchester United Millwall v Brighton Il-logħob se jsir bejn…

Aktar