Għawm
Gary Hunt u Rhiannan Iffland jirbħu l-kategoriji tagħhom anke f’Beirut

Il-Brittaniku Gary Hunt u l-Awstraljana Rhiannan Iffland ħarġu rebbieħa fil-kategoriji tagħhom fir-Red Bull Cliff Diving Championship li sart f’Beirut.

Hunt, li qiegħed jiddefendi t-titlu u fil-preżent jinsab fil-quċċata tal-klassifika, sar l-ewwel għawwiem fl-istorja ta’ din il-kompetizzjoni fejn il-ġurija kollha tatu 10 minn 10. B’dan ir-riżultat impekabbli Gary Hunt ma kellux problema li jegħleb lill-Amerikan David Colturi li spiċċa t-tieni, bir-Rumen Catalin Preda jispiċċa t-tielet.

Fil-kategorija tan-nisa, għal darb’oħra Rhiannan Iffland rebħet il-ħames event konsekuttiv ta’ dan l-istaġun biex s’issa rebħet sitt kompetizzjonijiet f’pajjiżi differenti. Il-Messikana Adriana Jimenez spiċċat it-tieni filwaqt li Yana Nestsiarava tal-Belarus spiċċat t-tielet.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Għawm

Suċċess għal Club ta’ ‘Sychro Knights’ hekk kif it-tliet atleti Davida Bonanno, Valentina Marchi u Ana Culic ħadu sehem fil-14 -il edizzjoni tal-Open Artistic Swimming Championships 2019 f’Singapore. Il-Maltin ikkompetew…

Għawm

L-għaddasa Torka Sahika Ercumen irnexxielha tniżżel isimha fil-Guinnes World Record meta niżlet f’ilma kiesaħ silġ u għomot għal 100 metru mingħajr għajnuna. Ercumen niżlet fl-għar Gilindre fit-Turkija, fejn irnexxielha togħdos…

Għawm

L-Amerikan, darbtejn champion Olimpiku, Conor Dwyer, qal li kien qiegħed jirtira mill-karriera tiegħu fl-istess ġurnata li ngħata sospensjoni ta’ 20 xahar li kienet se tħallih barra mil-Logħob Olimpiku ta’ Tokjo…

Għawm

Parteċipazzjoni storika għall-ASA ta’ Malta fil-FINA Youth World Artistic Swimming Championships fil-bidu ta’ dan ix-xahar fis-Slovakkja. Fil-kampjonati ħadu sehem atleti bejn it-13 u l-15-il sena: b’Malta rappreżentata minn Davida Bonanno,…

Aktar