Futbol internazzjonali
Gascoigne jerġa jispiċċa fl-inkwiet

L-eks plejer internazzjonali Paul Gascoigne caħad kategorikament li huwa ħebb għal mara fuq ferrovija li kienet qed tivvjaġġa bejn York u Durham. L-eks-plejer tat- tim nazzjonali Ingliż kien arrestat fl-istazzjon ta’ Durham f’ Awwissu li għadda. Meta deher quddiem il- maġistrat fis-siegħat li għaddew huwa wieġeb mhux ħati. Paul Gascoigne illum jgħodd wieħed u ħamsin sena u lagħab ma Newcastle United, Tottenham Hotspur, Lazio u Rangers. Huwa mistenni jerga jidher il- qorti fit- tmeinja ta’ Jannar. Il- plejer Ingliż kien seraq ix-xena waqt it-Tazza tad-Dinja tal-1990.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo, il-plejer ta’ Juventus FC u tal-Portugall, laħaq ftehim mal-Qorti ta’ Madrid fi Spanja, biex iħallas kważi €19,000,000 f’multa talli evada t-taxxa fiż-żmien li kien jilgħab ma’ Real Madrid….

Futbol internazzjonali

It-tim ta’ Barcelona ħabbru li ffirmaw lil Kevin-Prince Boateng mingħand it-tim ta’ Sassuolo. Għalissa t-tim Katalan ħa lill-plejer Boateng b’self sa tmiem l-istaġun, imma jistgħu jagħmlu t-trasferiment permanenti għal €8…

Futbol internazzjonali

Fil-logħba li biha ngħalqet l-20 ġurnata tas-Serie A fl-Italja, Juventus ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0, biex b’hekk s’issa huma rebħu 18-il logħba u ġew dro tnejn f’dan l-istaġun. It-tim t’Allegri…

Futbol internazzjonali

Fil-partita li ntlagħbet iktar kmieni, Milan barra minn darhom għelbu lil Genoa bi skor ta’ 2-0. Borini fetaħ l-iskor fit-72 minuta u Suso rdoppja fit-83 minuta. Illejla, fit-20.30, Juventus jilqgħu…

Aktar