Futbol internazzjonali
Gattuso jtemm l-avventura ma’ Fiorentina qabel biss beda

L-avventura ta’ Gennaro Gattuso ma’ Fiorentina spiċċat qabel biss bdiet wara li kien ilu jokkupa l-kariga ta’ kowċ mal-vjola għal tliet ġimgħat biss.

Il-klabb tal-vjola ħabbar dan wara li fl-aħħar sigħat ħarġu rapporti fuq il-midja soċjali li hemm nuqqas ta’ qbiel bejn x’jixtieq Gattuso bħala plejers biex jarma l-iskwadra tiegħu u dak li riedu d-diriġenti ta’ Fiorentina bil-kowċ jgħid li mhux lest jibqa’ jekk ma jitħalliex jaħdem kif jixtieq.

Intant bdew jiċċirkulaw ismijiet li jistgħu jieħdu t-tmexxija tal-klabb vjola b’dak favorit huwa l-isem ta’ Rudi Garcia li għadu kemm temm l-esperjenza tiegħu fi Franza ma’ Lione. Ismijiet oħra li qed jissemmew huma dawk ta’ Claudio Ranieri, Walter Mazzarri u l-istess kowċ li kellu t-tmexxija ta’ Fiorentina bejn l-2019 sal-istaġun li għadu kemm intemm Giuseppe Iachini.

Miktub minn...
Owen Galea