GC2018
GC 2018: L-GħĠS tifraħ lit-tiratur Brian Galea

L-Għaqda Ġurnalisti Sports bi pjacir u b’sodisfazzjon tilqa’ r-riżultat mill-isbaħ li kiseb it-tiratur Malti tat-Trap Brian Galea bir-rebħ tal-Midalja tal-Bronż fil-finali ta’ din id-dixxiplina fil-Logħob tal-Commonwealth 2018 fil-Gold Coast.

Is-suċċess miksub minn Galea ma wasalx b’kumbinazzjoni iżda huwa r-riżultat ta’ sagrifccju u taħriġ intensiv minn dan it-tiratur eżemplari Malti. Dan is-suċċess hu wkoll ir-riżultat ta’ Assocjazzjoni organizzata bżall-MSSF li mil-limitazzjonijiet tagħha tipprova tmexxi dan l-Isport fuq passi professjonali kemm tista’.

Mertu wkoll lil SportMalta tal-investment kontinwu f’dan l-Isport. Prosit ukoll lit-tmexxija tal-Kumitat Olimpiku Malti li qed jagħti l-għodda neċessarja sabiex iktar atleti jitilgħu pass ‘il fuq u jitqiesu atleti elite jew professjonali u jiksbu aktar riżultati pożittivi fix-xena internazzjonali.

Din hi r-raba’ midalja mirbuħa minn Malta fl-istorja f’dan il-Loghob tal-Commonwealth wara żewġ midalji tal-bronż oħra fil-passat mirbuħa fid-double trap minn William Chetcuti u l-Fidda ta’ Rebecca Madyson.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
GC2018

Wasal lura f’Malta il-kumplament tal-kontinġent li ħa sehem fil-logħob tal-commonwealth 2018. Diversi atleti ngħataw merħba mill-familjari tagħhom, bl-aktar li spikka kien it-tiratur tat-trap Brian Galea, rebbieħ tal-midalja tal-bronż. Galea li…

GC2018

Brian Galea rebaħ it-tieni Midalja tal-Bronż għal Malta fl-isparar, kategorija Trap hekk kif issa l-impenji sportivi tat-Team Malta, ġewwa il-Gold Coast, ġew fi tmiehom, b’kull ma fadal hu ċ-ċerimonja tal-għeluq…

GC2018

L-atleti Maltin illum ħadu sehem fil-lotta u l-isquash hekk kif il-kompetizzjonijiet qegħdin jersqu dejjem aktar fil-qrib li jintemmu. Il-lottatur Gary Giordimaina kkompeta fl-ewwel rawnds tal-kompetizzjoni ta’ 57kgs. Giordimaina kellu polza…

Aktar