George Galea kien se jċedi postu iżda jaqa’ kollox

George Galea se jerġa’ jikkontesta għal kariga ta’ President ta’ Mosta dan wara li donnu kien kollox ċert li se jċedi l-kariga lill Emanuel Buhagiar iżda l-pjan waqa’ u Galea se jibqa’ jokkupa l-kariga għal sena oħra. (Galea u Buhagiar jidhru fir-ritratt flimkien)

Amadeo Zammit mistenni jsir il-Presidnet il-ġdid ta’ Rabat Ajax hekk kif l-Avukat Michael Sciriha li mexxa l-Club għal dawn l-aħħar snin iddeċida li ma jerġax jikkontesta għall-kariga. Zammit mhuiex wiċċ ġdid mar-Rabtin fejn fl-aħħar snin kien jokkupa l-kariga ta’ Vċi President.

Intant Rabat huma rraportati li se huma nterressati li jingaġġaw lil coach Brian Spiteri ex Lija iżda l-uniku intopp hu li ż-żewġ naħat mhux qed jaqblu dwar il-barranin fejn filwaqt li l-kowċ irid il-barranin iżda l-Club iddeċida li mhux se jingaġġa ebda player barrani fl-ewwel diviżjoni.

Team ieħor fl-ewwel diviżjoni li qed jipprova jissaħħaħ hu Senglea Athletics fen dawn qed jipprovaw jieħdu lil players ta’ St George’s Emanuel Sevasta u Anthony Bonello/ Huma jridu wkoll lil Gary Inguanez ta’ Hibs.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Waqt laqgħa permezz ta’ video-conference li saret illum bejn il-UEFA u l-55 assoċjazzjoni membru, fosthom Malta, l-Assoċjazzjoni Ewropeja tal-futbol ħabbret xenarji ġodda dwar id-deċiżjoni jekk u meta l-kampjonati domestiċi fl-Ewropa…

Futbol lokali

Il-COVID-19 qed jaffettwa anke s-settur tal-ekonomija sportiva f’pajjiżna. Huma ftit forsi dawk li jimmaġinaw li fost l-eluf ta’ impjiegi f’riskju li jintilfu f’pajjiżna hemm ukoll diversi impjiegi fil-futbol lokali. Sandro…

Futbol lokali

L-MFA issospendiet il-football kollu f’Malta u Għawdex b’mod indefinit. Id-deċiżjoni ttieħdet mill-bureau tal-assoċjazzjoni li ddiskuta s-sitwazzjoni attwali tal-coronavirus f’telekonferenza bejn il-membri tiegħu llum. Id-deċiżjoni tgħodd anke għall-futsal. L-attivitajiet kollha tal-football…

Futbol lokali

L-14-il klabb tal-Kampjonat BOV Premier għandhom opinjonijiet differenti dwar x’għandu jsir mill-Kampjonat BOV Premier f’dan l-istaġun jekk kemm-il darba ma jitkomplix iżda sitt klabbs qablu fil-prinċipju li dan il-kampjonat għandu…

Aktar