Futbol lokali
George Magri jinħatar kowċ ta’ Żurrieq FC
Żurrieq Football Club ħatru uffiċjalment lil George Magri bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom.
Magri, ta’ 52 sena, se jkun qed imexxi l-klabb ta’ pajjiżu li miegħu lagħab ukoll fil-karriera tiegħu.
Fil-karriera tiegħu, Magri lagħab ukoll għal Zejtun Corinthians FC u Qrendi FC.
Fil-passat Magri kellu wkoll karriera twila bħala kowċ fi ħdan Hamrun Spartans FC Elite Academy apparti karigi fit-tmexxija ta’ skwadri tal-youths ta’ Qormi Youth Football Academy u Żurrieq Wolves F.C. Youth Nursery.
L-esperjenza tiegħu ser tintuza biex jibni proġett li jattira plejers żgħażagħ akkumpanjati minn oħrajn t’esperjenza.
L-aħbar tasal ftit jiem biss wara li sar magħruf li ma kienx se jiġi estiż il-kuntratt tal-kowċ Julian Briffa.
Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA illum ħareġ is-sospensjonijiet wara l-ewwel logħbiet tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21. Fost il-lista ta’ tliet plejers li ġew sospiżi hemm il-plejer ta’ Lija Athletic Carl Joseph Cassar li…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Valletta ………….4 Birkirkara……….2 Valletta fetħu l-impenji tagħhom staġjonali b’rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Birkirkara. Kienet partita klassika bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Ħamrun Spartans….5 Sirens………………….1 It-Taljani jgħidu, ‘Buona La Prima’. Hu hekk kien għal Hamrun Spartans. Il-Ħamruniżi jistgħu jgħidu li kellhom bidu brillanti tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21 meta…

Aktar