Formula 1
ARA: George Russell jirbaħ l-ewwel GP virtwali tiegħu

Is-sewwieq tal-Williams George Russell irnexxilu jirbaħ l-ewwel Grand Prix virtwali tiegħu, għalkemm fil-verità għadu jistenna li jiġbor l-ewwel punti fis-sewqan reali.

Il-Brittaniku rebaħ it-tellieqa meta telaq mill-pole position u spiċċa quddiem Charles Leclerc u Esteban Gutierrez. Kemm Russell kif ukoll Leclerc weħlu penalità ta’ 3 sekondi talli saqu eċċessivament, aktar mil-limitu taċ-ċirkwit.

F’din it-tellieqa ħadu sehem diversi plejers tal-futbol, fosthom Sergio Aguero ta’ Manchester City, il-goalkeeper ta’ Real Madrid Thibaut Courtois kif ukoll Arthur Melo ta’ Barcelona. Barra dawn ħa sehem ukoll il-golfer Ian Poulter.

It-Tajlandiż tar-Red Bull Alexander Albon spiċċa fir-raba’ post, bil-Brittaniku Lando Norris tal-McLaren kellu jieqaf wara seba’ laps minħabba problemi tekniċi fil-karozza.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Il-maratona ta’ Boston li suppost kellha ssir f’April li għadda u kienet posposta għal Settembru minħabba l-pandemija tal-Covid-19, issa spiċċat ikkanċellata għall-ewwel darba fl-istorja. L-organizzaturi qalu li sfortunatament, għall-ewwel darba…

Futbol internazzjonali

Il-Kampjonat Premier Ingliż ser jirritorna fis-17 ta’ Ġunju wara li l-amministrazzjoni tal-Premier League ltaqgħet mal-20 klabb tal-ogħla diviżjoni fl-Ingilterra. Il-kampjonat mistenni jirritorna matul il-ġurnata tal-Erbgħa, bil-logħbiet Aston Villa – Sheffield…

Formula 1

Deċiżjoni iebsa dik taċ-Ċirkwit ta’ Zandvoort fl-Olanda hekk kif ittieħdet id-deċiżjoni li l-Grand Prix ta’ din is-sena jkun kanċellat. Oriġinalment bil-kriżi li ġabet magħha l-Pandemija tal-COVID-19, Liberty Media u l-organizaturi…

COVID-19 Sports

Il-Clubs tal-Premier fl-Ingilterra vvutaw b’mod unanimu favur li jibda t-taħriġ normali inkluż li jista’ jsir kuntatt fi small sided games u anke jistgħu isiru tackles. Dan il-vot ironikament wasal sigħat…

Aktar