Tazza tad-Dinja 2018
Ġermanja: Sane barra, Manuel Neuer fl-iskwadra

Il-Kowċ tat-team Nazzjonali Ġermaniż Joachim Loew għażel l-iskwadra finali tiegħu għall-kompetizzjoni mondjali li tibda fl-14 ta’ dan ix-xhar.

Loew issorprenda lil ħafna meta ħalla barra lill-midfielder ta’ Manchester City Leroy Sane filwaqt li għażel fl-iskwadra finali lil goalkeeper Manuel Neuer li ilu barra mill-azzjoni għal diversi xhur. Il-goalkeeper Ġermaniż li rebaħ it-Tazza tad-Dinja ma’ sħabu erba’ snin ilu fil-Brażil kien inkluż fil-logħba ta’ ħbiberija ta’ nhar il-Ġimgħa kontra l-Awstrija.

Bħalissa l-Ġermanja qed jitħarrġu flimkien fl-Alpi tal-Italja u l-aħħar logħba ta’ ħbiberija se tkun kontra l-Arabja Sawdija nhar il-Ġimgħa f’Leverkusen. Il-Ġermanja se jilagħbu fit-Tazza tad-Dinja fi Grupp F mal-Iżvezja, l-Messiku u Korea t’Isfel.

L-Iskwadra Ġermaniża hiha din:

Goalkeepers: Manuel Neuer (Bayern Munich), Marc-Andre ter Stegen (Barcelona), Kevin Trapp (Paris St Germain).

Difensuri: Jerome Boateng (Bayern Munich), Matthias Ginter (Borussia Moenchengladbach), Jonas Hector (Cologne), Mats Hummels (Bayern Munich), Joshua Kimmich (Bayern Munich), Marvin Plattenhardt (Hertha Berlin), Antonio Ruediger (Chelsea), Niklas Suele (Bayern Munich).

Midfielders: Julian Brandt (Bayer Leverkusen), Julian Draxler (Paris St Germain), Leon Goretzka (Schalke 04), Ilkay Gundogan (Manchester City), Sami Khedira (Juventus), Toni Kroos (Real Madrid), Thomas Mueller (Bayern Munich), Marco Reus (Borussia Dortmund), Sebastian Rudy (Bayern Munich), Mesut Ozil (Arsenal).

Attakanti: Mario Gomez (VfB Stuttgart), Timo Werner (RB Leipzig).

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Aktar