Illejla ċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi tax-Xitwa f’Sochi

Illejla fil-5 p.m. (ħim ta’ Malta) tibda uffiċjalment it-22 edizzjoni tal-Olimpjadi tax-Xitwa.

Se tkun il-belt Russa ta’ Sochi li fil-ġimgħatejn li ġejjin se tkun fil-lenti tal-medja nternazzjonali, mhux biss minħabba dan l-avveniment prestiġġjuż, iżda ukoll, sfortunatament, minħabba r-riskji ta’ xi attakk, hekk kif is-sigurtà kienet l-iktar tema kurrenti fil-jiem li ppreċedew dawn il-logħob.

Fl-aħħar jiem kompla jikber it-tħassib u dan wara li l-Istati Uniti harġet twissija dwar il-perikli ta’ attakk terroristiku.

Min-naħa tiegħu, waqt konferenza stampa f’Sochi, d-deputat prim ministru Russu Dmitry Kozak serraħ ras kulħadd fejn qal li l-belt hija lesta għal kull eventwalita u l-membri tas-sigurta qed jagħmlu minn kollox biex f’dawn il-ġimgħatejn tal-logħob jirrenja biss l-ispirtu sportiv.

Il-biża ta’ xi attakk kompliet tikber wara li lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet attakk bil-bombi fil-belt Russa ta’ Volgograd ħalla ‘l fuq minn tletin persuna mejta.

Sadanittant, mil-lat sportiv, finalment fil-belt ta’ Sochi waslet it-torċa Olimpika.

Dan wara li t-torċa olimpika temmet l-itwal vjaġġ li qatt għamlet, ħamsa u sittin elf kilometru u iktar minn mitt ġurnata ddur.

Li matulhom daret prattikament ir-Russja kollha hekk kif dan il-pajjiż irid juri sens ta’ divesita etnika u reġjonali, waqt li joħloq eċċitament u għaqda fost ir-residenti qabel il-bidu ta’ dawn il-logħob.

SOCHI_2014b

U fl-aħħar jiem, sadanittant waslu ukoll il-medalji li se jirbħu l-atleti li se jitilgħu fuq il-podium waqt dawn il-logħob f’Sochi.

Il-medalji – naturallment tad-deheb, fidda u bronż, jinkludu mużajk ta’ disinji nazzjonali minn kulturi u tradizzjonijiet differenti li jiddistingwu l-Federazzjoni Russa.

Jirriżulta li kull medalja ħadet madwar tmintax-il siegħa biex issir, u b’kollox għal dawn il-logħob ta’ Sochi ġew manifatturati il-fuq minn elf u tliet mitt medalja.

Fost id-dixxiplini li se jkun hemm f’dawn l-Olimpjadi nsibu l-Alpine Skiing, Cross Country, Figure Skating, Ice Hockey, Short Track, Ski Jumping u Speed Skating.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

International Sports

Il-cricket fl-Ingilterra sar l-ewwel sport li qed jerġa’ jara l-partitarji fih minn wara l-pandemija tal-COVID-19. 1,000 partitarji attendew għall-partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet dalgħodu bejn Surrey u Middlesex. Il-partita qed…

International Sports

Alex Pullin, l-atleta tal-Awstralja, darbtejn Champion tad-Dinja tal-isnowboarding, instab mejjet fl-età ta’ 32 sena. Il-Pulizija kkonfermaw li Pullin instab fil-bajja ta’ Queensland Gold Coast u kien qed jistad meta ħassu…

International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Aktar