Futbol lokali
Għada l-finali tal-FA Trophy: Balzan – Valletta
Diretta fuq TVM2 fil-5

Għada jinżel is-siparju fuq l-istaġun lokali tal-football 2018-19 bil-finali tal-FA Trophy bejn Balzan u Valletta.

Suċċess għal Balzan ikun ifisser l-ewwel unur prinċipali fl-istorja tal-club: Valletta min-naħa tagħhom ifittxu t-tieni double konsekuttiv ta’ kampjonat u trophy.

Valletta ma jistax jonqos li jibdew favoriti għat-tieni l-ogħla unur fil-football lokali: apparti li huma ċ-champions u Balzan ġew biss is-sitta fi staġun diżappuntanti: rebħu ż-żewġ konfronti fil-kampjonat kontra Balzan: u f’Diċembru għelbuhom ukoll 2-1 fil-BOV Super Cup. Il-Beltin jafu imma anke kif ammetta l-coach Gilbert Agius li se jsibu quddiemhom team determinat.

Agius qal ukoll li l-club Belti laħaq il-mira prinċipali bir-rebħ tal-kampjonat b’danakollu l-players għandhom ċans uniku jniżżlu isimhom fl-istorja bit-tieni double konsekuttiv.

Għall-coach ta’ Balzan Jacques Scerri, li sieħeb lill-club bi staġun mibdi, opportunita’ min-naha l-oħra jmexxi lit-team għall-ewwel unur ewlieni fl-istorja tal-club: minbarra kwalifikazzjoni Ewropeja awtomatika.

Balzan telgħu darba oħra waħda biss fil-finali tat-Trophy: sentejn ilu meta tilfu ma’ Sliema Wanderers bil-penalties. Valletta huma l-holders u rebħu l-FA Trophy erbatax-il darba b’kollox.

Iż-żewġ timijiet ma jidhirx li għandhom problemi ta’ formazzjoni apparti sospensjonijiet u xi injuries żgħar: biż-żewġ coaches jgħidu li għandhom skwadri kważi kompluti għad-diżpożizzjoni tagħhom.

Ir-referee tal-finali se jkun Mario Apap: bl-assistenti William Debattista u Pawlu Apap, u Eman Grech ir-raba’ uffiċjal.

Balzan għall-ewwel darba mela: jew Valletta għall-ħmistax-il darba.

Balzan – Valletta: għada fil-5 fl-Istadium Nazzjonali: diretta fuq TVM2.

 

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Ħdax-il team maqsuma f’żewġ diviżjonijiet se jieħdu sehem fl-istaġun ġdid tal-Masters Football li jingħata bidu f’Settembru. Fi preżentazzjoni lill-media, tħabbar li l-ewwel partiti taż-żewġ kampjonati nfishom se jintlagħbu f’Settembru: iżda…

UEFA Europa League 2019/20 L-Ewwel Round ta’ kwalifikazzjoni Leg 1 BALZAN …..3 DOMZALE ..4 F’partita divertenti minkejja s-sħana fis-Centenary Stadium, Balzan bdew minn taħt u darbtejn kienu minn fuq qabel…

Futbol lokali

Balzan li kkwalifikaw għall-kompetizzjonijiet Ewropej għall-ħames staġun konsekuttiv grazzi għas-suċċess fl-FA Trophy li kien l-ewwel unur ewlieni qatt mirbuħ mill-club: il-Ħamis filgħaxija jiffaċċjaw lil Domzale tas-Slovenja fl-ewwel leg tal-ewwel round…

Aktar