Futbol internazzjonali
Għada l-Ħamis: Sena mill-mewt ta’ Diego Armando Maradona…l-Arġentina tipprepara għal diversi ċerimonji

L-Arġentina bdiet tipprepara għal diversi ċerimonji diversi li jimmarkaw is-sena mill-mewt ta’ Diego Maradona.

Maradona miet f’daru b’attakk tal-qalb u għada jagħlaq sena mejjet.

Hu kellu 60 sena.

Maradona, meqjus bħala l-aqwa plejer fid-dinja tal-futbol ta’ kull żmien kien inħakem mill-vizzju tal-alkoħol u tad-droga.

Fl-Arġentina, Maradona għadu meqjus bħala l-persuna wara r-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fl-1986 fil-Messiku.

Għada, diversi bliet fl-Arġentina se jkunu qed ifakkru s-sena anniversarju ta’ mewtu.

Maradona meqjus idolu kbir anki fil-belt ta’ Napli fl-Italja fejn lagħab għal diversi snin u wassal lill-klabb għar-rebħ ta’ żewġ kampjonati u r-rebħ tat-Tazza UEFA.

Miktub minn...
TVM Sport