Futbol lokali
Għajnsielem u Nadur jirbħu l-konfronti rispettivi tagħhom u jieħdu l-ewwel rebħa tal-istaġun

GFA BOV GFL – L-Ewwel Diviżjoni

Għajnsielem FC  3-0  SK Victoria Wanderers FC

Għajnsielem ħadu rebħa komda fuq SK Victoria Wanderers meta fil-Gozo Stadium rebħulhom bl-iskor ta’ 3-0.

Il-gowls kollha ġew skurjati fit-tieni taqsima, b’Sam Frank Bajada jiftaħ l-iskor fis-66 minuta. Kollox deher li l-Għajnselmiżi kienu ser jirbħu b’gowl wieħed sakemm Igor Nedeljkovic skorja darbtejn fl-aħħar minuti tal-logħba. Huwa sab ix-xibka fid-89 minuta u fir-raba’ minuta fuq il-ħin regolamentari tal-logħba.

Il-konfront kien ikkontrollat mir-referee Joseph Scerri.

 

Victoria Hotspurs FC  0-1  Nadur Youngsters FC

Rebħa minima għal Nadur kontra Victoria Hotspurs bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl li ddeċieda l-konfront wasal minn Marcelo Barbosa lejn tmiem il-logħba. Il-Youngsters temmew il-logħba b’għaxar plejers meta tkeċċa Ederson Bruno Domingos fis-77 minuta.

Ir-referee li kkontrolla l-logħba kien Aleksandar Jovanovic.

 

Fil-klassifika, Għajnsielem, Nadur u Xewkija għandhom erba’ punti kull wieħed wara żewġ logħbiet:

 

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA