Futbol lokali
Għajnsielem u Oratory Youths jirbħu bi skor identiku ta’ 3-0

GFA BOV GFL tal-Ewwel Diviżjoni

Kerċem Ajax FC  0-3  Għajnsielem FC

Għajnsielem kienu superjuri għal Kerċem meta fil-Gozo Stadium rebħulhom bl-iskor ta’ 3-0. L-ewwel gowl wasal lejn tmiem l-ewwel taqsima meta fil-41 minuta Kenneth Mercieca sab ix-xibka. Fit-tieni taqsima l-Għajnselmiżi komplew iżidu l-pressjoni u fil-51 minuta ngħataw penalty li nkariga ruħu minnu Igor Nedeljkovic li ma żbaljax u għamilhom 2-0. Kenneth Mercieca skorja doppjetta personali fit-63 minuta u fetaħ il-vantaġġ għal tliet gowls favur Għajnsielem.

Għajnsielem spiċċaw b’għaxar plejers meta fit-72 minuta tkeċċa Dejan Bogdanovic b’karta ħamra diretta mir-referee Trustin Farrugia Cann.

 

Sannat Lions FC  0-3  Oratory Youths FC

Tliet gowls fl-ewwel taqsima kienu biżżejjed biex Oratory ħadu tliet punti importanti meta għelbu lil Sannat 3-0.

Rodrigo Ost Dos Santos fetaħ l-iskor fit-23 minuta u Haraan Hajazan Goncalves Barbosa skorja t-tieni fit-38 minuta. L-istess plejer sab ix-xibka għat-tieni darba mat-tielet minuta fuq il-ħin regolari tal-ewwel taqsima biex għalaq il-logħba 3-0.

Il-konfront kien ikkontrollat minn Matthew De Gabriele.

 

Fil-klassifika, Nadur Youngsters u Għanjsielem jinsabu b’7 punti kull wieħed wara tliet logħbiet, filwaqt li SK Victoria Wanderers huwa l-uniku tim bla punti s’issa.

 

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA