Motorsport
Għajnuna mill-MMF lill-membri tagħha

Il-Malta Motorsport Federation (MMF) ħasset il-bzonn li tirrispondi għall-bzonnijiet tal-membri tal-Federazzjoni u l-komunità tal-motorsport. Il-Pandemija globali COVID-19 poġġiet sfidi eċċezzjonali fuq l-attivitajiet sportivi u l-ħajja ta’ dawk li jipprattikaw il-motorsport, bħal waqfien tal-kampjonati lokali, u r-restrizzjonijiet għall-ivvjaġġar li għamlitha diffiċli għal ħafna mis-sewwieqa tal-motorsport biex jitħarġu u jikkompetu barra minn Malta.

Apparti li talbet għajnuna lil SportMalta biex tgħin fl-ispejjeż tal-assigurazzjoni li tkopri l-avvenimenti tal-motorsport Malti, l-MMF qalet fi stqarrija li se tkopri wkoll parti mill-Personal Accident tal-liċenzji tas-sewwieqa tal-motorsport billi tagħti kreditu ta’ EUR 30.00 lis-sewwieqa kollha li ħallsu għall-liċenzja Nazzjonali jew Internazzjonali matul din is-sena 2020.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.