Futbol internazzjonali
“Għal Offside ta’ 20 ċentimetru lesti li nagħlqu għajnejna”- Ceferin

Il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin f’kummenti lill-media qal li se jkun qed iniedi proposta biex offside ta’ bejn 10 jew 20 ċentimetru jibda tiġi ttolerata wara li r-referee ikun ra l-azzjoni fuq il-monitor permezz tal-għajuna tal-VAR. Filwaqt li attakka ċ-ċertu tattiċi użati biex jispjegaw id-deċiżjonijiet tal-VAR, il-President tal-UEFA ammetta li hu qatt ma kien favur il-VAR.

Ceferin semma kif ftit tax-xhur ilu waqt laqgħa bejn l-aqwa kowċis minn madwar id-Dinja u l-kap tar-referees Roberto Rossetti, l-kowċis ntwerew azzjoni fejn plejer mess il-ballun b’idu b’nofs il-kowċis iddeċiedew li kien messu b’idu b’mod intenzjonali u bin-nofs l-ieħor ma jaqblux. Fi kliem Ceferin ħadd ma huwa mgħarraf sew dwar r-regoli preżenti. Ceferin ġab ukoll l-eżempju tal-partita bejn Liverpool u Manchester City, stqarr ukoll li hemm konfużjoni dwar id-deċiżjonijiet bejn r-referees fil-kampjonat Ingliż u dak Taljan. Hu kompla billi ddefenda lir-referees fejn fi kliem Ceferin dawn m’humiex psikjatri.

Ceferin ikkonkluda billi saħaq li kull referee iwettaq l-iżbalji u b’hekk il-UEFA se jkollha tuża it-teknoloġija fil-kampjonat UEFA Euro 2020 minħabba li jekk dan ma jsirx kull żball li jsir fil-konfront tat-timijiet dawn se jilmentaw.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Atalanta – PSG Fl-ewwel kwartifinali tal-UEFA Champions League, Atalanta ser jilagħbu kontra PSG f’eliminazzjoni diretta. Il-logħba ser tintlagħab fl-Estadio da Luz, f’Lisbona, il-Portugall. Atalanta deħlin għal dan il-konfront wara erba’…

Futbol internazzjonali

Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna u Sevilla ta’ Spanja għamluha għas-semifinali tal-UEFA Europa League ta’ dan l-istaġun meta fil-kwarti tal-finali għelbu lil Basel tal-Iżvizzera u lil Wolves tal-Ingilterra, rispettivament. Shakhtar Donetsk rebħu…

Futbol internazzjonali

Villarreal iffirmaw lill-plejer Ġappuniż Takefusa Kubo b’self mingħand Real Madrid għall-istaġun li ġej. L-aħbar ikkonfermaha l-klabb stess. Kubo, ta’ 19-il sena, kellu wirjiet impressjonanti fil-bidu tal-istaġun li għadda ma’ Real…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax…

Aktar