Futbol internazzjonali
Għaliex Spalletti ma’ ħax b’idejn il-kowċ Rui Vitoria wara l-logħba tal-bieraħ ?

Wara t-telfa tal-bieraħ filgħaxija fil-ħames ġurnata tal-UEFA Europa League il-kowċ taljan ta’ Napoli Luciano Spalletti ma ħax b’idejn il-kowċ ta’ Spartak Moscow Rui Votoria u baqa’ dieħel fid-dressing room.

Spartak rebħu 2-1 kontra Napoli u dan il-ġest ta’ nuqqas ta’ ‘fair play’ min naħa ta’ Spalletti ħalla lil ħafna perplessi għaliex mhux soltu li Spalletti jaġixxi hekk wara li tkun intemmet logħba anke meta t-tim tiegħu jitlef.

Spalletti li hu magħruf sew li hu ġentlom fix-xena tal-futbol internazzjonali, fil-Konferenza ta’ wara l-logħba ġie mistoqsi mill-ġurnalisti x’kien l-iskop li hu rrifjuta li jieħu b’idejn il-kowċ Vitoria. Spalletti wieġeb li hu għamel hekk mhux għax-Napoli tilfu għaliex skont hu kien jistenna li Vitoria jmur jeħodlu b’idu qabel il-logħba wkoll bħala sens ta’ fair play mhux wara li ntemmet il-logħba. Spalletti qali ‘faċli li kowċ imur jieħu b’idejn l-avversarju wara li tintemm il-logħba, kont nistenna li jiġi jeħodli b’idi qabel ukoll u jtini merħba’

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.