Futbol lokali
Għall-2019 Malta se tibqa’ b’erba’ referees u jiżdied referee tal-futsal fuq il-panel tal-FIFA

Aħbar pożittiva għas-settur lokali tar-referees bil-konferma li għall-2019 Malta se tibqa’ b’erbgħa referees tal-football u se jiżdied referee tal-futsal fuq il-panel tal-FIFA.

L-erba’ referees tal-football huma Alan Mario Sant li bi tmien snin fuq il-panel tal-FIFA issa huwa r-referee Malti Numru 1, Trustin Farrugia Cann, Fyodor Zammit, u Matthew Degabriele, li ġie nnominat għall-ewwel darba.

Żammew posthom kollha, it-tmien assistenti referees internazzjonali: Alan Camilleri, Christopher Francalanza, Luke Portelli, Mitchell Scerri, Edward Spiteri, Jurgen Spiteri, Duncan Sultana, u Roberto Vella.

Fil-futsal, Clint Cassar jirritorna fix-xena internazzjonali, u miegħu se jiddebutta David Balzan. U fil-beach soccer, iżomm postu Jonathan Mallia, waqt li jagħmel id-debutt internazzjonali Pierre Bonnici.

Kevin Azzopardi, direttur tar-refereeing fi ħdan l-MFA, wera sodisfazzjon għall-għarfien mogħti lill-uffiċjali Maltin mill-FIFA u l-UEFA, li qal huwa frott ix-xogħol iebes li sar fil-livell lokali u internazzjonali.

Kevin Azzopardi se jkun qed jagħti r-reazzjoni tiegħu u jwieġeb mistoqsijiet dwar il-qasam tar-referees fil-programm TVMSport fuq TVM2 fid-20:45.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Darren Abdilla hu l-kowċ il-ġdid ta’ Valletta FC. Hu ffirma kuntratt li se jorbtu mal-klabb sal-istaġun 2021/2022. L-aħbar saret uffiċjali ilbieraħ filgħaxija. Abdilla kien strumentali biex Gżira United FC għamlu…

Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Futbol lokali

Manuele Blasi, l-ex plejer tas-Serie u tat-tim nazzjonali Taljan, mil-lum sar il-kowċ ta’ Hamrun Spartans FC. Blasi se jkun qed jibdel lil Giovanni Tedesco li ħalla l-kariga tiegħu biex ingħaqad…

Futbol lokali

Brandon Cassar, Nickolas Paris u Mattia Calleja huma tliet plejers li jiffurmaw parti mill-iskwadra ta’ taħt it-13-il sena ta’ Fgura United F.C. u li għadhom kif esperjenzaw erbat ijiem taħriġ fi Siena, fl-akkademja…

Aktar