Sport tal-Baħar
Għall-ewwel darba f’Malta jiġi prattikat it-Tai Chi fl-ilma

L-Arti Marzjali tat-Tai Chi f’Malta jidher li qiegħda ssir aktar popolari f’pajjiżna fejn nhar is-Sibt li għadda kienet organizzata l-ewwel attività ta’ din id-dixxiplina fl-ilma. It-Tai Chi Master Adrian Axisa flimkien ma’ bintu Alana li għadha ġejja lura wara rappreżentazzjoni fiċ-Ċina, ħadu ħsieb din is-sessjoni li fiha ħadu sehem numru sabiħ ta’ persuni ta’ kull età.

It-Tai Chi fl-ilma huwa metodu ġdid għal pajjiżna li permezz tiegħu jistgħu jibbenefikaw persuni li forsi minħabba problemi ta’ saħħa jew nuqqas ta’ mobilità jsibuha diffiċli biex jagħmlu ċertu movimenti.

Intant, Alana Axisa għadha ġejja lura miċ-Ċina fejn hemmhekk kienet qiegħda tirrappreżenta lil pajjiżna wara stedina miċ-China Cultural Centre. Ir-rappreżentazzjoni t’Alana kienet sfida kbira meta wieħed iqis li t-Tai Chi jaf l-oriġini tiegħu fiċ-Ċina stess, u jiġi prattikat mill-parti l-kbira tal-poplu Ċiniż.

 

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Sport tal-Baħar

Ir-Rolex Middle Sea Race tas-sena li għaddiet ħalliet impatt pożittiv ta’ erba’ miljun u seba’ mitt elf ewro fuq l-ekonomija Maltija. Studju ppreżentat minn Yachting Malta wera li d-940 persuna…

Sport tal-Baħar

Numru kbir ta’ surfboards inqerdu fin-nirien li ħakmu l-Awstralja fl-aħħar ġimgħat. Dan żvelah is-surfer Awstraljan David Ford li kellu kollezzjoni ta’ 260 vintage surfboard li issa kollha spiċċaw maħruqa. Skont…

Sport tal-Baħar

Il-kompetizzjoni tas-surfing fl-Olimpjadi 2024 li ser isiru f’Pariġi, minflok ser issir 15,000 kilometru ‘l bogħod mill-kapitali Franċiża. L-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Surfing aċċettat proposta li l-kompetizzjoni tas-surfing issir f’Tahiti, fl-Oċean Paċifiku. Tahiti…

Sport tal-Baħar

Fl-età ta’ 47 sena, Kelly Slater baqa’ jimpressjoni fis-surfing, fl-aħħar taqtiegħa fil-Billabong Pipe Masters fil-Hawaii. Fit-tielet round Slater irnexxielu jegħelb l-isfida tal-Franċiż Joan Duru, imma l-isfida prinċipali ser tkun mal-Amerikan…

Aktar