Għawm
Għawm Artistiku: Riżultati impressjonanti għall-Maltin fil-Bulgarija

Fit-tieni jum tal-ewwel kompetizzjoni internazzjonali tal-Għawm Artistiku ‘Pirin’, Malta kkompetiet fid-Duet Tech u l-avvenimenti Solo Free u Combo.

Ana Culic u Valentina Marchi kklassifikaw fit-tieni post fid-Duet Tech. Huma kisbu skor ta’ 66.0151.

Fis-Sole Free, Ana Culic kisbet it-tielet post b’punteġġ ta’ 70.5667 filwaqt li Thea Grima Buttigieg spiċċat fis-sitt post b’punteġġ ta’ 66.333.

It-tim Combo, kompost minn Thea Blake, Davida Bonanno (Kaptan), Tara Bonnici Peresso, Ana Culic, Elisa Marie Friggieri, Ana Grech, Thea Grima Buttigieg, Valentina Marchi, Kelly Ann Sargent, Nicole Tomic Felice, Katarina Galea Curmi u Hannah Xuereb kisbu t-tieni post bi skor ta’ 70.900. Dan il-punteġġ kien biss erbgħa’ il bogħod mill-ewwel post.

Joe Caruana Curran u Rita Azzopardi, President u Segretarju Ġenerali tal-ASA, qalu li l-ASA tinsab sodisfatta ħafna bir-riżultati miksuba mit-Tim tal-Għawm Artistiku fil-Bulgarija u minkejja l-isfidi kollha li l-kowċis u l-atleti tagħna kienu affaċċati minħabba l-Covid-19, dawn ir-riżultati huma turija ċara tax-xogħol iebes u d-dedikazzjoni murija minn kulħadd.

Miktub minn...
TVM Sport