Għawm
Għawm: Conor Dwyer jirtira mill-karriera fl-istess ġurnata li ngħata sospensjoni ta’ 20 xahar

L-Amerikan, darbtejn champion Olimpiku, Conor Dwyer, qal li kien qiegħed jirtira mill-karriera tiegħu fl-istess ġurnata li ngħata sospensjoni ta’ 20 xahar li kienet se tħallih barra mil-Logħob Olimpiku ta’ Tokjo tas-sena d-dieħla.

L-aġenzija ta’ kontra d-doping fl-Istati Uniti qalet li l-Assoċjazzjoni tal-Arbitraġġ Amerikana iddeterminat is-sospensjoni ta’ Dwyer li nstab li ħa pilloli testosterone.

Dwyer, ta’ 30 sena, ittestja pożittiv, fi tliet samples li ttieħdulu. Hu kien qal li kien qed jimxi ma’ ordni li kien tah it-tabib tiegħu biex jieħu dawn il-pilloli.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Għawm

Parteċipazzjoni storika għall-ASA ta’ Malta fil-FINA Youth World Artistic Swimming Championships fil-bidu ta’ dan ix-xahar fis-Slovakkja. Fil-kampjonati ħadu sehem atleti bejn it-13 u l-15-il sena: b’Malta rappreżentata minn Davida Bonanno,…

Għawm

L-aħħar tellieqa tal- Arena BSJ Open Water Swimming Championships,  fuq medda ta’ 2 kilometri, organiżżata mill-Birkirkara St. Joseph Sports Club, taħt l-awspiċji tal- Aquatic Sports Association of Malta, saret ġewwa…

Għawm

Fil-Belt ta’ Gwangju fil-Korea t’Isfel għadhom għaddejja l-kampjonati tad-Dinja tal-għawm organiżżati mill-FINA. Apparti l-għawm tradizzjonali hemm il-kompetizzjonijiet tal-open water, għawm sinkroniżżat, id-diving, u l-waterpolo. Wara li llum intemmet it-tmien ġurnata…

Aktar