Għawm
Għawm: Debono Grech u Satariano jieħdu l-unuri fir-raba’ tellieqa tal-Arena BSJ Open Water Swimming Championships

Ir-raba’ tellieqa tal-Arena BSJ Open Water Swimming Championships, li saret fil-bajja ta’ Salina nhar l-Erbgħa wara nofsinhar, rat li l-għawwiema jtellqu f’baħar b’imbatt kemm xejn qawwi minħabba il-Majjistral li laqat l-gżejjer wara nofsinhar.

Il-kundizzjonijiet tal-baħar ġew riflessi fil-ħinijiet irreġistrati mill-għawwiema li rreġistraw ħinijiet marġinalment itwal mill-ġimgħa ta ‘qabel. L-unika eċċezzjoni kien tar-rebbieħ Stefano Debono Grech li minkejja l-kundizzjonijiet rnexxielu jneħħi ħames sekondi mill-ġimgħa ta’ qabel.  Robert Vella, li kien it-tielet atleta li spiċċa it-tellieqa wara Leah Satariano kiseb it-tieni post, warajħ daħal Enrico Ferluga biex ikkompletew il-podju tal-kategorija tal-irġiel.

Il-kategorija tan-nisa ntrebħet minn Leah Satariano. Satariano ħarget mill-ilma wara Debono Grech. Satariano uriet progress tajjeb mill-bidu tal-Kampjonati din is-sena. It-tieni mara u r-raba atleta kienet ċ-Ċampjin Nazzjonali tat-Triathlon Hannah Cutajar li ġie segwita minn Adriana Ferreira Massa.

Il-ħames tellieqa tal- Arena BSJ Open Water Swimming Championships se ssir nhar l-Erbgħa 24 ta’ Lulju.

It-tellieqa ser jkollha distanza estiża ta’ 2 kilometri għal dawk l-għawwiema li jixtiequ jikkwalifikaw għal-kompetizzjoni tal-għawm Gozo-Malta u Malta-Gozo-Malta u li mhux ser jkunu jistgħu jieħdu sehem fit-tellieqa mifruxa fuq 4 kilometri nhar il-31 ta’ Lulju.

Madankollu, l-għawwiema huma avżati li fl-24 ta’ Lulju l-ħin uffiċjali meħud ikun dak għad-distanza ta’ 2 kilometri li tkun valida għall-klassifikazzjoni ġenerali tal-kampjonati, u l-ħin ta’ 4 kilometri jkun validu biss għal-kwalifikazzjoni sabiex jieħdu sehem fil-Gozo-Malta u Malta-Gozo-Malta.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Għawm

L-għaddasa Torka Sahika Ercumen irnexxielha tniżżel isimha fil-Guinnes World Record meta niżlet f’ilma kiesaħ silġ u għomot għal 100 metru mingħajr għajnuna. Ercumen niżlet fl-għar Gilindre fit-Turkija, fejn irnexxielha togħdos…

Għawm

L-Amerikan, darbtejn champion Olimpiku, Conor Dwyer, qal li kien qiegħed jirtira mill-karriera tiegħu fl-istess ġurnata li ngħata sospensjoni ta’ 20 xahar li kienet se tħallih barra mil-Logħob Olimpiku ta’ Tokjo…

Għawm

Parteċipazzjoni storika għall-ASA ta’ Malta fil-FINA Youth World Artistic Swimming Championships fil-bidu ta’ dan ix-xahar fis-Slovakkja. Fil-kampjonati ħadu sehem atleti bejn it-13 u l-15-il sena: b’Malta rappreżentata minn Davida Bonanno,…

Aktar