Għawm
Għawm: Erba’ atleti Maltin fil-kampjonati tad-Dinja ta’ Gwangju fil-Korea t’Isfel

Fil-Belt ta’ Gwangju fil-Korea t’Isfel għadhom għaddejja l-kampjonati tad-Dinja tal-għawm organiżżati mill-FINA.
Apparti l-għawm tradizzjonali hemm il-kompetizzjonijiet tal-open water, għawm sinkroniżżat, id-diving, u l-waterpolo.
Wara li llum intemmet it-tmien ġurnata ta’ din it-18 -il edizzjoni ta’ dawn il-kampjonati l-ewwel fil-klassifika tal-midalji hemm iċ-Ċina b’total ta’ 20 midalja li minnhom 12 huma tad-deheb. Isegwu r-Russja b’seba’ midalji tad-deheb u wara b’żewġ midalji tad-deheb kull wieħed il-Ġermanja u l-Brażil. Fil-kampjoanti tad-Dinja se jkun hemm xejn inqas minn erba’ għawwiema Maltin li se jikkompetu dawn huma Maya Azzopardi, Amy Micallef, Andrew Chetcuti u Matthew Galea.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Għawm

L-aħħar tellieqa tal- Arena BSJ Open Water Swimming Championships,  fuq medda ta’ 2 kilometri, organiżżata mill-Birkirkara St. Joseph Sports Club, taħt l-awspiċji tal- Aquatic Sports Association of Malta, saret ġewwa…

Għawm

Il-Brittaniku Gary Hunt u l-Awstraljana Rhiannan Iffland ħarġu rebbieħa fil-kategoriji tagħhom fir-Red Bull Cliff Diving Championship li sart f’Beirut. Hunt, li qiegħed jiddefendi t-titlu u fil-preżent jinsab fil-quċċata tal-klassifika, sar…

Għawm

Għawm kampjonat Nazzjonali 2019: Illum intemmu tlett ijiem ta’ kompetizzjonijiet fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq. Kienu diversi r-rekords nazzjonali li nkissru fl-ewwel jiem tal-kompetizzjoni fosthom dak ta’ Dylan Cachia ta’ Neptunes li…

Għawm

Ir-raba’ tellieqa tal-Arena BSJ Open Water Swimming Championships, li saret fil-bajja ta’ Salina nhar l-Erbgħa wara nofsinhar, rat li l-għawwiema jtellqu f’baħar b’imbatt kemm xejn qawwi minħabba il-Majjistral li laqat…

Aktar