Għawm
Għawm: Erba’ Maltin fit-Tazza Mediterranja tal-COMEN

Malta qed tkun irrappreżentata minn erba’ għawwiema fit-Tazza Mediterranja tal-Għawm COMEN li qed issir f’Belgrad, is-Serbja f’din il-ġimgħa.

Il-kompetizzjoni hija miftuħa għal bniet ta’ bejn 13 u l-14 il-sena u għas-subien bejn il-15 u s-16-il sena.

L-għawwiema li qed jirrapreżentaw lil Malta huma Nathan Cachia, Kristy Delia, Michela Portelli u Italo Salamone.

L-għawwiema Maltin se jkunu qed jikkompetu fl-avvenimenti 100m, 200m, 400m u 800m freestyle kif ukoll fl-avvenimenti 100m u 200m butterfly.

Miktub minn...
TVM Sport