Għawm
Għawm: Il-LEN tagħti €10,000 lil dawk li kisru rekords tad-Dinja fl-aħħar kampjonati ewropej

Hekk kif fi tmiem il-ġimgħa ġew fi tmiemhom il-kampjonati Ewropej tal-għawm, il-LEN ikkonfermat li b’kollox inkisru żewġ rekords mondjali u żewġ rekords ewropej.
L-għawwiema li kisru r-rekords ta-Dinja ingħataw il-premju ta’ €10,000 kull wieħed filwaqt li dawn li kisru rekords ewropej ħadu €5,000.
L-Għawwiema li kisru r-rekord tad-Dinja kienu r-Russu Kliment Kolesnikov li kiser ir-rekord tad-Dinja fil-50m backstroke u t-taljana ta’ 16 -il sena Benedetta Pilato fil-50m breastroke li kien ukoll rekord tad-Dinja u Ewropew fil-kategorija Juniors.

Iż-żewġ rekords ewropej kienu tal-Ingliża Kathleen Dawson fil-100m backstroke fil-medley relay u t-tim nazzjonali tar-Renju Unit fil- 4x100m mixed medley relay.

Il-Kampjonat ewropew tal-LEN f’Budapest ra lil għawwiema Simona Quadarella tirbaħ tripletta ta’ midalji tad-deheb fl-400m, 800m u 1,500m freestyle.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.