Għawm
Għawm Open Water: it-tieni tellieqa tal-kampjonat

Rebħiet għal Thomas Woods u Sarah Demicoli fit-tieni tellieqa tal-kampjonat Garmin BSJ Open Water li saret il-ġimgħa li għaddiet fis-Salina.

It-tellieqa ta’ żewġ kilometri kienet maqsuma fuq korsa trijangulari: b’ħamsa u sebgħin għawwiem jieħdu sehem, maqsuma fi tliet gruppi skont il-klassifikazzjoni fit-tellieqa ta’ qabel.

It-tellieqa tal-irġiel kienet dwell ras imb’ras bejn iż-żewġ għawwiema taħt is-17-il sena Andrè Camilleri u Thomas Woods; bl-ispinta finali ta’ dan tal-aħħar tagħtih ir-rebħa b’4 sekondi vantaġġ. Fit-tielet post daħal Stefano Debono Grech.

Fil-kategorija tat-tfajliet wasal it-tieni suċċess konsekuttiv għal Sarah Demicoli: li rebħet segwita minn Kelsey Borg u Martina Micallef.

It-tielet tellieqa tal-kampjonat titħabbar fuq il-paġni soċjali ta’ Birkirkara St Joseph Sports Club.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra

Andre Camilleri u Sarah Demicoli huma r-rebbieħa overall tal-Garmin Birkirkara St Joseph Open Water Swimming Championships li saru dalgħodu fil-bajja tas-Salina. Din l-għawma, li kienet waħda ta’ erbat elef kilometru,…

Għall-ħabta tad-9:15 ta’ dalgħodu Neil Agius tela’ l-art San Ġiljan wara għawma inkredibbli ta’ 100km minn Sqallija. Huwa niżel il-baħar minn Punta Braccetto f’Ragusa ftit wara l-5 tal-bieraħ filgħodu biex għamel…

Neil Agius qiegħed litteralment jara l-ħolma tiegħu isseħħ. L-għawwiem Malti li niżel il-baħar minn Punta Braccetto f’Ragusa ftit wara l-5 tal-bieraħ filgħodu fit-tentattiv epiku li jgħum minn Sqallija għal Malta…

Aktar