Għawm
Għawm: Rekord ieħor minn Sasha Gatt fit-800 metru freestyle

Rekord ġdid ieħor din id-darba fit-800m Freestyle stabbilit għal darb’oħra minn Sasha Gatt.

It-tieni jum tal-avveniment ta’ Kwalifikazzjoni Olimpika approvat mill-FINA organizzat mill-ASA ra lil Sasha Gatt għal darb’oħra tpoġġi isimha fuq ir-rekords meta rreġistrat rekord ġdid Nazzjonali u tal-Age Group D fl-avveniment ta’ 800m freestyle.

Il-ħin tal-lum kien ta’ 8.52.22.

Ir-rekord preċedenti kien ta’ Gatt stess li kienet għamlet f’Samorin, fis-Slovakkja aktar kmieni din is-sena.

 

Miktub minn...
TVM Sport